Reference: Volume 43D (1959), Part No. 2, Section , Page 765

Judgement Details


Date
26/06/1959
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
GIUSEPPE FRENDO vs TEODORA RADFORD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH - EVIZZJONI - IPOTEKA - PIZ - TESTAMENT
Summary
Jekk piz kostitwit fuq fond per mezz ta' testment ma giex kostitwit per mezz ta' ipoteka specjali fuq dak il-fond kif ordnat mit-testatur, u kwindi l-ipoteka lanqas tidher inkritta fir-Registru Publiku bhala gravanti dak il-fond, l-istess fond, jekk jigi mibjugh, jghaddi f'idejn it-terz akkwirent minghajr dak il-piz. Ghax it-testment mhux titolu kostituttiv tal-ipoteka, u l-piz minghajr dik il-kostituzzjoni ipotekarja ma jsirx reali. U lanqas jista' jinghad li l-piz jezisti ndipendentement mill-inskrizzjoni tieghu fir-Registru Publiku bhala parti mill-proprjeta'. Jekk mbghad fit-testment majinghadx illi l-piz kellu jsir milfrutti civili tal-fond, izda l-fond jissemma biss bhala garanzijatal-legat u bhala oggett tal-ipoteka specjali, l-aljenazzjoni tal-fond ma timportax aljenazzjoni ta' sehem milfrutti tal-fond. Ghaldaqstant, jekk fond jigi mibjugh, u in segwitu x-xerrej isib li l-fond hu suggett ghal piz li ma giex hekk inskritt ghall-ipoteka fir-Registru Publiku, ix-xerrej ma jistax jallega li hu sofra evizzjoni parzjali u jitlob indennizz korrispondenti ghal din l-allegata evizzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info