Referenza: Volum 43D (1959), Parti Nru. 4, Taqsima 2, Paġna 935

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/1959
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CATHERINE FARRUGIA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ANIMUS LUCRANDI" - CITAZZJONI - NULLITA' - SERQ - SOPRASSESSJONI
Fil-Qosor
Gahlekmm jista` jkun hemm kazi quddiem il-Qorti Kriminali li fihom ikun xieraq u gust li l-gudikantfis-sedi penali jistenna l-pronuncjament tal-Qorti Civili dwar xi kwistjoni sollevata fil-procedurikriminali, ir-regola hija illi s-soprassessjoni tal-proceduri kriminali ma ghandhiex tigi koncessa facilment u leggerment. Ghaliex l-ordni publiku jezigi li jigi ristabbilit bit-tmien ta` dawk il-proceduri, u tmien sollecitu. Ghaldaqstant, f'kaz ta` serq ta` prodti agrikoli allegat li sar mill-imputat minn ghalqa li tinsab mikrija ghand haddiehor., jekk l-imputat jallega li hu ma kkommettiex dakis-serq ghax il-lokazzjoni maghmula favur dak l-iehor hija nulla, u illi huwa ghandu kawza pendentifil-QOrti Civili kontra dak l-iehor biex jigi dikjarat u deciz li dik il-lokazzjoni hija nulla, imma fl-istess hin ga kien hemm gudikati ohr li ddecedew illi l-imputat ma gandu ebda dritt fuq l-ghalqa fil-kwistjoni, ma hemmx lok li tigi akkolta t-talba tal-imputat ghas-soprassessjoni tal-kawza kriminali maghmula kontra tieghu sakemm tinqata` l-kawza civili minnu maghmula gahn-nullita` tal-lokazzjoni. jekk l-imputat jidhirlu li ghandu jezercita xi dritt iehor, huwa ghandu jirrispetta dawk il-gudikati, salvo li hu jirregola ruhu xort'ohra jekk il-quddiem ikun hemm decizjoni diversa minn Qortikompetenti; u ghalhekk, biex jigi deciz il-meritu tal-imputazzjoni ta` serq dedotta kontra l-imputatma hemmx bzonn litigi qabel defnita l-kwistjoni tal-validita` jew le ta` dik il-lokazzjoni. Fid-delitt ta` serq hu mehteig l-"Animus lucrnadi", u hemm bzonn li l-haga misruq jkollha xi valur, anki miimu, basta li jkun hemm xi valur; arra min dan, l-likru jista` jikkonsisti anki fi kwalunkwe tgawdija, pjacir jew sodisfazzjon, lim in jisraq jipprokura lilu nnifsu bil-haga misruqa.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni