Reference: Volume 33E (1948), Part No. 2, Section , Page 233

Judgement Details


Date
01/04/1948
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
DOLORES PORTELLI vs PIETRO VASSALLO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1628 (B), 1629 (2), 1630, 1631 U 1633 TAL-KODICI CIVILI - DANNI - LOKAZZJONI - SPEJJEZ FIL-FOND
Summary
Sid il-kera huwa obbligat izomm il-haga mikrija fi stat li wiehed jista' jaghmel minnha l-uzu li ghalih giet lilu mikrija; u huwa obligat jaghmel it-tiswijiet kollha li jkunu mehtiega fil-kors tal-kirja, minbarra, ghal dak li hu bini, ir-riparazzjonijiet lokatizji. Jekk, wara li jigi nterpellat b'att gudizzjarju, jonqos li jaghmel dawk ir-riparazzjonijiet, il-kerrej jista', b'citazzjoni, jitlob li jigi awtorizzat jaghmel huwa dawk it-tiswijiet bi spejjez ta' sid il-kera, taht dawk il-kondizzjonijiet li l-Qorti jkun jidhrilha xierqa skond ic-cirkustanzi; u f'dan il-kaz il-kerrej ghandu l-jeddizomm il-kera biex jithallas ta' l-ispejjez li jaghmel. Sid il-kera huwa obligat ukoll ihallas lill-kerrej il-hsara li dan ikun sofra minhabba n-nuqqas ta' sid il-kera, jew minhabba d-dewmien tieghu,fl-ezekuzzjoni ta' dawk it-tiswijiet illi, wara s-sejha bil-Qorti fuq imsemmija, huwa kien obligat jaghmel. Imma jekk il-kerrej, wara li jinterpella lis-sid b'att gudizzjarju biex jaghmel ir-riparazzjonijiet, jieqaf hemm u ma jipprocedix b'citazzjoni kontra s-sid, biex jottjeni l-awtorizzazzjoni fuq imsemmija, huwa ma jitlefx id-dritt ghad-danni li jkun sofra minhabba d-dewmien jew in-nuqqas tas-sid li jezegwixxi r-riparazzjonijiet, mill-jum ta' l-interpellazzjoni gudizzjarja, avvolja huwa jitlef il-beneficci li taghtih il-Ligi meta huwa jkun ipproceda bic-citazzjoni ghall-iskop ga msemmi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info