Reference: Volume 35B (1951), Part No. 2, Section , Page 468

Judgement Details


Date
03/10/1951
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
PAOLO SCHEMBRI vs ROSINA BONNICI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1499 TAL-KODICI CIVILI - BIR - CEDOLA TA' DEPOZITU - INDIVIZIBILITA' TAC-CENS - KONSORZJU - NULLITA' - PRIVILEGG - RETRATT - SELF
Summary
Il-fatt li d-depozitu f'kaz ta' rkupru isir favur tnejn minn nies ma jfisserx li d-depozitu huwa vinkolat, jekk min huwa ntitolat ghal dak id-depozitu jiista' jikkonsegwih liberament; ghax il-kondizzjoni f'dan il-kaz tkun biss fis-sens li, qabel ma jigi konsegwit id-depozitu, ghandha tigi sistematal-pozizzjoni bejn iz-zewg persuni li favur taghhom isir id-depozitu. Huwa veru li d-depozitu favurir-retrattarju ma ghnadux ikun vinkolat, bhala regola; imma jista' jaghti l-kaz li r-retraent ikun jista' jinserixxi fic-cedola xi modalita dwar il-konsegwiment tad-depozitu minghajr ma jigi nvalidatir-retratt u d-depozitu; u dan meta l-modalita' tkun gusta u ma tistax tigi sostitwita b'semplici rizerva. L-indivizibilita' tac-cens tirrendi lill-ko-enfitewta konsorti fl-utili dominju, u taghtih id-dritt tar-retratt fil-kaz ta' aljenazzjoni ta' bicca mill-utili dominju. Biex ikun hemm komunjonita' bir, huwa mehtieg "sine qua non" li, tant taht il-fond wiehed kemm taht il-fond l-ihor, ikun hemm bicca sewwa mill-qliegh tal-konka, b'mod li jkun jista' jinghad illi l-art, jew il-fond tal-bir,hija posseduta "in solidum", jigifieri indivizament. F'kaz simili, soltu jkun hemm bokka mill-fondu bokka mill-fond l-iehor, biex jittiehed l-ilma fil-konka komuni. Min ikun silef lir-retraent flusli servew biex jigu depozitati bhala prezz tal-fond irkuprat, u jkun deher fic-cedola ta' rkupru biex zamm il-privilegg fuq il-fond irkuprat bhala garanzija tar-restituzzjoni tal-flus minnu mislufa,strettament ma ghandux ebda relazzjoni guridika mar-retraent; imma b'dana kollu ma jistax jigi liberat ghal kollox mid-domanda tar-retraent ghar-rivendizzjoni tal-fond u ghalhekk jaghmel tajjeb ir-reraent li jharrek anki lil dak l-izburzant ghall-interess li jista' jkollu. Fil-kaz prezenti l-mutwant gie kundannat, bhala kreditur privileggjat fuq il-fond irkuprat, biex ikun prezenti fuq l-att tar-rivendizzjoni u ta' l-izbank konsegwenzjali, specjalment ghall-fini ta' kwalunkwe kunsens li jkun mehtieg li huwa jippresta, jekk l-izbank isir mir-retrattarju, u tal-kancellament tal-privilegg.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info