Referenza: Volum 40A (1956), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 21

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/01/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ONOREVOLI MABEL STRICKLAND, O.B.E. (*) vs ECCELLENZA TEIGHU SIR ROBERT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 6 TAL-PROKLAMA V TA` L-1828 - ART. 7 TAL-KAP 3 - ART. 792 (1) (B) TAL-KAP. 15 - CITAZZJONI - GURISDIZZJONI - GVERNATUR - INTERPRETAZZJONI - NULLITA'
Fil-Qosor
Bil-Proklama No. V ta` l-1828 (il-lum Kp. 3 ta` l-Edizzjoni Riveduta tal-Ligijiet ta` Malta) gie statwit illi, mid-data ta` dak il-Proklama l-quddiem, ebda persuna li tkun tghix jew toqghod f'dawn il-Gzejjer, hlief u barra mill-Gvernatiru u l-Ufficjal li jkun "pro tempore" jamministra l-Gvern, u fil-kawzi Kriminali, l-Arcisqof ta` Malta, ma ghandha tkun ezeni, minhabba l-grad, kondizzjoni socjalijew professjoni taghha, Civili jew Ekklezjastika, militari jew Navali, jew minhabba xi privilegg iehor, milli tharrek jew tigi mharrka fil-Qrati Sekulari ghal delitti temporali, jew, ghal kull rigwardiehor, milli tkun suggetta ghall-gurisdizzjoni tal-Qrati hawn imsemmija; izda kull kawza, process jew procedura, gahndhom isiru qudddiem Qorti, Imhallef, jew Magistrat Sekulari, kompetenti biex jiehukonjizzjoni tal-meritu tal-kawza, process jew procedura. Din id-dispozizzjoni ghandha tigi nterpretata fis-sens lil-Eccellenza Teighu l-Gvernatur mhuwiex suggett ghall-gurisdizzjoni tal-Qrati. Gahxhu principju, universalment accettat, li meta l-kliem tal-ligi huma cari u univoci, b'mod li ma jippermettux hlief sinifikat wiehed, allura ma hemmx lok ghal ebda interpretazzjoni; u l-kliem ta` dinad-dispozizzjoni huma ghal kollox cari, u ma jistax ikollhom hlief sens wiehed, illi cjoe` l-Eccellenza Teighu l-Gvernatur ma hux suggett ghall-gurisdizzjoni tal-Qrati. Xejn ma jiswa` li skond il-principji kostituzzjonali nglizi l-Gvernatur jista` jigi konvenut quddiem il-Qrati tal-Kolonja; gahx fil-kaz ta` malta hemm din il-ligi specajli li tikkonferixxi lill-Gvernatur l-ezenzjoni mill-gurisdizzjoni tal-Qrati; u l-Qorti ghandha tapplika din il-ligi. Ghaldaqstant citazzjoni mahruga kontra l-Gvernatur hija nulla, kif huma nulli wkoll il-proceduri relattivi kontra teighu; u l-eccezzjoni ta` nullita` ta` l-attijiet gudizzjarji tista` tingahta, fost kazi ohra, jekk l-att ikun mahrug min Qortiinkompetenti, mehuda din il-kelma fis-sens li l-Qorti ma jkollhiex gurisdizzjoni. Meta, mbaghad, tohrog citazzjoni li tkun nulla minhabba nuqqas ta` gurisdizzjoni tal-QOrti, il-Qorti ghandha biss tiddikjara dik in-nullita`, u mhux tichad it-talba kontra l-konvenut ghax mhux suggett ghall-gurisdizzjoni tal-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni