Reference: Volume 75 (1991), Part No. 1, Section 1, Page 240

Judgement Details


Date
22/05/1991
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Parties
NICHOLAS ELLUL vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - KONVENZJONI EWROPEJA - KOSTITUZZJONI
Summary
Ir-rikorrent kien ghaddej proceduri kriminali quddiem il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti Istruttorja. Hu lmenta li gew vjolati d-drittijiet fundamentali tieghu ghal smiegh xieraq billi l-ezebiti gewmizmuma minn persuni mhux awtorizzat u l-esperti ballistici kienu mpjegati statali f'korpi dixxiplinari. Il-Prim'Awla tal-Qorti Civili cahdet l-eccezzjoni tal-intimati dwar in-nullita' tar-rikors promotorju tal-gudizzju, irrifjutat tezercita d-diskrezzjoni taghha in parti billi mezzi ohra xierqa kienu jezistu ghar-rimedju tal-allegat ksur, u laqghet l-ilment tar-rikorrenti in kwantu kien jirrigwarda tnejn mill-esperti ballistici. Wara l-appell tal-intimati, il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat. Ir-rikorrent kien qajjem il-kwistjoni kostituzzjonali quddiem il-Qorti tal-Magistrati. Sussegwentement, u qabel ma dik il-kwistjoni giet dekretata, huwa pprezenta l-prezenti rikors u ddikjara fil-Qori tal-Magistrati li, stante l-prezentata tar-rikors, ma kienx hemm lok ghal digriet. Il-Qorti osservat li bhala massima, riferenza kostituzzjonali lill-Prim'Awla tal-Qorti Civili minn xi Qorti lima tkunx l-istess Prim'Awla jew il-Qorti Kostituzzjonali, ma tinkludix il-procedura ordinarja permezz tar-rikors. Tali rikors huwa eskluz fejn jiehu l-forma ta' appell minn digriet li jkun iddikjarakwistjoni kostituzzjonali frivola u vessatorja billi tali digriet mhux appellabbli. Il-Qorti ghandha diskrezzjoni meta jkunu jezistu rimedji ordinarji jekk tapplikax jew le s-sanzjoni kostituzzjonali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info