Reference: Volume 82 (1998), Part No. 4, Section , Page 247

Judgement Details


Date
31/07/1998
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
VELLA PATRICK
Parties
IL-PULIZIJA vs SAVERINA SIVE RINI BORG ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KONTRIBUTORJETA' AMMISSJONI - OMICIDJU INVOLONTARJU - ORDINANZA DWAR IL-MEDICINI PERIKOLUZI - XHIEDA TA' KOMPLICI
Summary
A differenza tar-regola generali meta si tratta ta' reati taht l-Ordinanza dwar il-Medicini Perikoluzi, il-korroborazzjoni ta' dak li jghid xhud li jkun komplici f'delitt mhijiex mehtiega u jekk emmnut, huwa prova bizzejjed li tista' twassal ghas-sejbien ta' htija. Meta xhud jaghzel li ma jirrispondix domandi sabiex ma jinkriminax ruhu, jkun qed juzufruwixxi minn dritt moghti lilu mil-ligi u haddma jista' jaghmel inferenza negattiva minn dan l-agir. Skond l-artikolu 225 tal-Kodici Kriminali,sabiex jirrizulta d-delitt ta' omicidju involontarju, hemm bzonn li tirrikorri kondotta volontarja negligenti, konsistenti generaikament f'nuqqas ta' hsieb (imprudenza), negligenza jew traskuragni, jew ta' hila (imperizja) fl-arti jew professjoni, jew konsistenti specifikatament fin-nuqqas ta' osservanza tal-ligijiet, regolamenti, ordnijiet, u simili, li tkun segwita, b'ness ta' kawzalita', minn akkadut dannuz involontarju. Dan ifisser li fil-materja tal-kolpuz, hemm necessarjament l-element ta' attivita' diretta ghal xi fini partikolari li minhabba nuqqas ta' certu prekawzjonijiet jistghu jigu lezi jew danneggjati jew ippregudikati l-interessi ta' terzi. Il-konnotat karatteristiku tal-kulpa hu l-prevedibbilita' ta' l-event dannuz li kondotta llegali ta' xi hadd tista' ggib. Din hija l-kulpa normali jew l-hekk imsejha colpa incosciente a differenza minn dik imsejjha colpa cosciente lihija l-kulpa bl-element fiha tal-prevvist ta' l-akkadut. Il-kulpa normali (incosciente), dik tal-prevedibbli, temergi meta fil-kondotta ta' l-agent hemm l-element tan-negligenza, imprudenza, imperizja, jew nuqqas ta' tharis ta' dritt. Il-kulpa l-ohra (cosciente) tirrizulta meta quddiem il-kondotta ta' l-agent, l-akkadut dannuz, bhala konsegwenza ghal dik il-kondotta, jidher possibbli, u b'danakollu, hu xorta jwettaq dak l-agir tieghu bl-isperanza li dak li posibbli li jigri, fil-fatt ta' kulpa iktar gravi mill-kulpa normali (incosciente), cjoe' dik tal-prevedibbli imma mhux previst, u danghaliex fil-kaz tal-colpa cosciente, dik tal-previst, hija vicin hafna ta'; u tikkonfina mad-doluz,il-volut. Hemm diversi forom ta' kondotta kolpuza, derivanti minn atti ta' negligenza, imprudenza,imperizja u non-osservanza ta' ligijiet, regolament, ordnijiet u simili: L-imprudenza tigi mill-agir ta' xi hadd minghajr ma jiehu l-opportuni kawteli; In-negligenza tigi mid-disattenzjoni u disakkortezza ta' l-agent fil-kondotta tieghu; L-imperizja hija l-forma specifika tal-kulpa profesjonali, cjoe', kif jghid il-Manzini: "inettitudine e insufficienza professionale generale e specifica, nota all'agente, di cui egli vuole non tenur conto": Il-kulpa tista' tkun dovuta ukoll ghal non-osservanza tal-ligijiet, regolamenti, ordnijiet u simili, bhal ma huma l-assjem ta' regoli predisposti mill-awtorita' pubblika dwar xi attivita' determinata u specifika bl-iskop li jigi evitat il-possibilita'ta' hsara u dannu lil terzi, cjoe', dawk li jkollhom l-element tal-prevenzjoni, bhalma hi l-Ordinanza dwar il-Medicini Perikoluzi. Taht dawnil-forom ta' kondotta kolpuza, sia minhabba imprudenza, negligenza, u imperizja, sia minhabba nuqqas ta' osservanza tal-ligijiet, regolamenti, ordnijiet u simili, hemm differenza essenzjali, dik tal-prevedibilita'. Il-prevedibbilita' tibqa' essenzjali taht kull forma ta' kulpa, izda fi gradi differenti. Hi tiba' dejjem in-nota saljenti f'kull forma ta' kondotta kolpuza, izda ghandha gradi differenti f'kull kaz ta' imprudenza, negligenza u imperizja, mentre hija prezunta fil-forma l-ohra fejn si tratta ta' reati minhabba non-osservanza ta' ligijiet, regolamenti, ordnijiet u simili. F'dawn il-kazijiet mhux possibbli jew ammess lill-agent li jressaq prova ghall-kuntrarju. Hija hawnhekk prezunzjoni assoluta. Ma jistax l-agent jghid li dak l-event dannuz li gara minhabba n-nuqqas ta' oservanza da parti tieghu ta' xi regolament ma kienx wiehed prevedibbli ghalih. Kif jghidu diversi awturi, dan hu kaz fejn dan l-element tal-prevedibbilita' tal-legislatur qed jissostitwixxi dik ta' l-agent. Hu precizament ghalhekk li kondotta kolpuza hija definita bhala kondotta volontarja li tikkaguna event dannuz, mhux volut, izda prevedibbli, li seta' jigievitat bl-uzu ta' attenzjoni jew prudenza fi grad ta' persuna normali. Kif jaf kulhadd u mill-esperjenza tal-hajja, id-dannu mentali, fiziku, u kultant, anke l-mewt, li jista' jigi kkagunat bl-amministrazzjoni tad-droga eroina b'mod abbuziv, hu xi haga prevedibbli. F'tali kaz, il-hsara hija manifestament previdibbli, ghalkemm mhux voluta jew prevista. Kieku kienet hsara prevista jew voluta, il-kondotta taghhom kienet tkun wahda doluza u mhux kolpuza. In-negligenza kontributorja ma twassalxghal xi forma ta' kompensazzjoni tal-htijiet fil-kamp penali; se mai tista' tigi kkunsidrata mill-Qorti meta tigi biex tinfliggi l-piena. Din id-diskrezzjoni hija pero' fakultattiva. Huwa veru li ammissjoni bikrija ta' l-akkuzi tista' ggib tnaqqis fil-piena, kultant anke tnaqqis sostanzjali, izdadan mhux xi dritt awtomatiku. Hija kompletament fid-diskrezzjoni tal-Qorti li tkun semghet il-kaz uratu jizvolgi quddiemha, li tiddecidi jekk il-hati ghandhux jinghata xi tnaqqis fil-piena jew le meta jammetti l-akkuzi, jew kemm ghandu jkun dan it-tnaqqis. Minkejja tali ammissjoni, jista' jkun hemm ragunijiet u cirkostanzi li minhabba fihom il-Qorti tiddecidi li ma taghtix tnaqqis fil-piena, udan minhabba, per ezempju l-gravita' tar-reat, bhalma hu dak tar-reat kontinat tat-traffikar tad-droga.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info