Referenza: Volum 77 (1993), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 163

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/05/1993
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
CAMILLERI FRANK G.
Partijiet
MARIA PACE PRO ET NOE vs JOSEPH ABELA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
FATALITA' - LIKWIDAZZJONI - LUCRUM CESSANS - PRESKRIZZJONI
Fil-Qosor
Ghall-finijiet ta' preskrizzjoni ta' preskrizzjoni, il-ligi u l-gurisprudenza jiddistingwu tliet kwalitajiet ta' danni: 1. Dawk li jigu minn reati vera u proprji, jigifieri minn fatti li huma punibbli krimnalment, f'dan il-kaz li preskrizzjoni civili hija dik ta' l-azzjoni kriminali. 2. Dawk li jigu minn fatti li la huma reati u lanqas ma huma inadempjenza kuntrattwali: f'dan il-kaz il-preskrizzjoni applikabbli hija ta' sentejn; u 3. Dawk li jidderivaw minn inadempjenza kuntrattwali; f'dan il-kaz hija applikabbli l-preskrizzjoni ta' l-istess obbligazzjoni. Il-Qorti fissret il-kriterji li jitqiesu fil-likwidazzjoni ta' danni konsistenti f'lucrum cessans li jirrizultaw minn mewt ta' ragelu missier f'incident awtomobilistiku. It-taxxa fuq l-income u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' socjali li l-mejjet kien ikollu jhallas kieku baqa' haj ma humiex fatturi li ghandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-qligh futur. Ghalkemm il-mara tal-mejjet ma hix eredi tieghu, hi xorta ghandha l-jedd li tiehu f'isimha proprju sehem mid-danni likwidati, ekwivalenti ghan-nofs.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni