Referenza: Volum 77 (1993), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 34

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/02/1993
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI FRANK G.
Partijiet
JOSEPH GRECH vs BARTOLOMEO SIVE ALBERT MICALLEF
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ACTIO PETITORIA"
Fil-Qosor
Il-konvenut eccepixxa n-nullita' ta' l-azzjoni ta' l-attur ghaliex jghid li filwaqt li din hija impostata bhala "actio petitoria" t-talbiet m'humiex konformi ma' dak li tirrikjedi din l-azzjoni. Minnezami akkurat kemm tac-citazzjoni ta' l-attur kif ukoll tad-dikjarazzjoni annessa maghha, din il-Qorti waslet ghall-konkluzjoni ghal kollox differenti. Infatti, m'hemm xejn li mhux car u sewwa ghall-iskopijiet ta' l-azzjoni petitorja. Jekk wiehed josserva sewwa l-kawzali tac-citazzjoni malajr jifhem illi l-attur qieghed jibbazaha fuq it-titolu li ghandu ta' proprjeta' fir-rigward tal-hajt divizorju li gie demolit u mkien ma jissemma l-pussess. Barra hekk il-kelma spoll qatt ma tissemma la fil-kawzali u lanqas fit-talbiet. Azzjoni ta' spoll ipprivileggjat trid tigi esperita fi zmien xahrejn mill-kommissjoni ta' l-att spoljattiv filwaqt li l-azzjoni ta' manutenzjoni trid issir fi zmien sena, termini li ma japplikawx ghall-kaz odjern.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni