Referenza: Volum 76 (1992), Parti Nru. 3, Taqsima 3, Paġna 635

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/11/1992
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH
Partijiet
CARMEL CASSAR ET vs MINISTRU GHALL-IZVILUPP TA' L-INFRASTRUTTURA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DISKREZZJONI AMMINISTRATTIVA - DRITT KWEZIT - INTERESS GURIDIKU
Fil-Qosor
L-interess guridiku ma jitkejjilx biss mit-termini ta' l-azzjoni imma wkolol mill-eccezzjonijiet litali azzjoni tipprovoka. Il-fatt li bini gie kostruwit legalment ghandu certi konsegwenzi legali lil-konvenut obbligati jirrispettaw taht is-sanzjonijiet li l-vari ligijiet tal-pajjiz jipprovdu ghalmin jivvjola d-drittijiet ta' proprjeta'. Pero' entro dawn il-limiti, il-Qorti ma ghanda ebda dritt li tillimita l-operat ta' l-awtoritajiet kompetenti jew li tissindika l-ezercizzju tad-diskrezzjoni amministrattiva li indubbjament ghandhom, sakemm tali diskrezzjoni tkun ezercitata strettament entro i termini tal-legislazzjoni li bis-sahha taghha tkun qed tigi operata. Kull ezercizzju diskrezzjonali biex jitqies li jkun leziv tad-drittijiet ta' proprjeta' ta' l-atturi jehtieg jitqies fl-isfond ta' l-azzjoni partikolari li tkun se tittiehed in forza tal-ligi li tawtorizzaha u fi proceduri adhoc ibbazati fuq il-permessi li jaddebitaw lill-awtorita' kompetenti abbuz fl-ezercizzju tad-diskrezzjoni lilha moghtija b'riferenza specjali ghal tali ligi. Mhux il-kaz ghalhekk li l-Qorti tinibixxi lill-awtoritajiet kompetenti milli b'mod generiku joperaw li jagixxu b'mod li jilledu d-drittijiettal-proprjeta' ta' l-atturi - drittijiet li fil-kamp amministrattiv ma humiex assoluti, imma soggetti ghall-gid komuni kif ipprovdut minn ligi ghal ligi. Keku kellha taghmel hekk il-Qorti, din tkuntammonta ghall-ingerenza inadebita fil-funzjonijiet amminstrattiva tal-konvenuti u restrizzjoni inaccettabbli li tammonta ghall-inibizzjoni ta' l-awtorita' pubblika milli jezercitaw diskrezzjoni legittima taghha fuq il-presuppost li tista' tinkiser il-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni