Referenza: Volum 74 (1990), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 244

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/12/1990
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A., HARDING HUGH, MIFSUD BONNICI GIUSEPPE
Partijiet
IL-QORTI vs ANGELO PACE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONVENZJONI EWROPEJA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - LEGITTIMI KONTRADITTURI - SMIGH XIERAQ
Fil-Qosor
Din il-kawza originat minn rikors ta' certu Joseph Scicluna fil-Qorti tal-Kummerc li fih huwa esponali hu kien ottjena l-hrug ta' mandat ta' inibizzjoni kontra Angelo Pace biex dan ma jissokktax jaghmel uzu minn mutur/kongelatur. Nonostante dan, billi l-istess Pace baqa' jaghmel l-uzu inibit, talab lil dik il-Qorti joghgobha tordna li jittiehdu l-passi kollha opportuni kontra l-intimat ghad-diprezz lejn l-awtorita' taghha. Hekk ghamlet dik il-Qorti, bir-rizultat li l-avukat ta' Angelo Pace ssottometta li l-procedura li kienet qed tintuza kontra Angelo Pace kienet tivvjola l-principji ta' smigh xieraq u senjatament il-principju ta' nemo judex in causa propria kontra dak li hemm fil-Kostituzzjoni u fil-Konvenzjoni Ewropeja. Ghalhekk a tenur ta' l-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni talab lil dik il-Qorti biex tirreferi l-kwistjoni lill-Prim' Awla tal-Qorti Civili. Dik il-Qorti laqghet din it-talba u ghamlet l-opportuna riferenza tal-kwistjoni lill-Onorabbli Prim' Awla tal-Qorti Civili u ordnat n-notifika tieghu lill-Onorevoli Prim Ministru u appuntatu ghas-smigh tal-kawza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni