Referenza: 122/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/01/2016
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI SILVIO, MALLIA TONIO, AZZOPARDI JOSEPH
Partijiet
LANTERI MICHELE vs SPITERI ALAN
ECLI
ECLI:MT:ACIV:2016:98769
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Dan kien kaz dwar incident stradali fejn persuna sofriet feriti waqt li kienet qed taqsam it-triq. Il-Qorti irribadiet is-segwenti punti, li kuntrarjament ghal dak li kien sostnut mill-appellant, iheggu lil min ikun ser jaqsam it-triq sabiex:
• jevita li jaqsam minn bejn karozzi ipparkjati;
• jersaq f'post fejn is-sewwieqa jkunu jistghu jarawh minghajr ebda xkiel;
• jieqaf ihares sewu jisma' sew peress li wiehed jista' jisma' vettura gejja qabel ma jaraha;
• jekk xi haga tkun gejja ghandu jhalliha tghaddi u imbaghad jaqsam meta jkun sigur li jista' jaghmel hekk minghajr periklu;
• wiehed ghandu jaqsam fid-dritt minghajr ma jigri;
• waqt li jkun qieghed jaqsam, wiehed ghandu jibqa' attent ihares u jisma' jekk ikunx qieghed riesaq lejh xi traffiku li seta' ma rax jew li lahaq wasal fil-qrib tieghu.
Il-Qorti qalet li n-nuqqas tal-attur kien jikkonsisti filli qabel ma dan qasam it-triq u waqt li kien qieghed jaqsam it-triq, huwa ma ezercitax dik id-dilgenza mehtiega minn pedestrian prudenti li jkun qed jaqsam it-triq. Il-Qorti osservat l-fatt ammess mill-attur li huwa ma rax il-konvenut gej, necessarjament iwassal ghall-konkluzjoni logika li meta l-attur gie biex jaqsam it-triq, huwa ma harisx bid-diligenza mehtiega fic-cirkostanzi, aktar u aktar meta jirrizulta li t-triq hija twila u dritta. Il-prudenza mehtiega kienet tiddetta li l-attur jibqa' jzomma careful lookout il-hin kollu anke waqt li qieghed jaqsam it-triq, sabiex f'kaz ta' htiega, huwa jkun jista' jaghmel azzjoni evaziva u mhux jinjora l-vetturi li jistghu jkunu gejjin waqt li qieghedjaqsam it-triq.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni