Referenza: 1317/1993/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/06/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
MICALLEF STAFRACE DR SIMON NOE vs GOLLCHER JAMES ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PACKAGE LIMITATION, APPLIKABILITA` TA` - PACKAGE LIMITATION, CONTAINER MA JITQIESX BHALA PACKAGE JEW UNIT WIEHED - POLZA TA` KARIKU, FRAZI SHIPPED IN APPARENT GOOD ORDER AND CONDITION - POLZA TA` KARIKU, INKONSISTENZI JISTGHU JIGU SUFFRAGATI BI PROVI OHRA - POLZA TA` KARIKU, META JIKKONTJENI STQARRIJIET KONTRADITTORJI - TRASPORTATUR, RESPONSABILITA` TA`
Fil-Qosor
Il-vettural bhala depositorju, huwa responsabbli li jikkonsenja l-merkanzija minghajr hsara.

Meta fil-Bill of Lading hemm indikat li l-merkanzija giet "shipped in apparent good order and condition", din tikkrea presunzjoni li l-merkanzija deskritta fil-polza giet karikata f'kondizzjoni tajbau ghandha tigi hekk skarikata. Il-fatt li l-merkanzija kienet f'container sigillat u li s-sigilli tieghu kienu intatti fil-mument ta' l-iskarikazzjoni ma jaffettwax il-fatt li merkanzija tkun tghabbiet "in good order". Darba li, bhala fatt, irrizulta li kien hemm xi uhud danneggjati u nieqsa, ghal dan ghandu jwiegeb il-vapur.

Jista` jinghad li meta l-Qorti tkun rinfaccjata b'zewg stqarrijiet kontraditorji fuq l-istess Bill of Lading, il-prova probatorja ta' dak id-dokument jigi newtralizzat. Dan pero`, bl-ebda mod ma jeskludi li l-prova ta' x'effettivament itella' abbord tista' issir b'mod iehor, u mhux necessarjament bil-Bill of Lading.

Meta jkun hemm klawsola li tillimita r-responsabbilta' tat-trasportatur ghal ammont fiss "per package or unit", il-fatt li l-pallets jkunu go container ma jfissirx li n-nuqqas huwa ta' unit wiehed ghax container ma jistax jitqies bhala package or unit.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni