Referenza: 6/2005/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/2014
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
CAMILLERI SILVIO, MALLIA TONIO, CUSCHIERI NOEL
Partijiet
GRECH LAWRENCE vs L-AVUKAT GENERALI ET
ECLI
ECLI:MT:KOS:2014:85819
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
REKLAMAR CASINO
Fil-Qosor
Dan il-kaz kien jiirigwarda allegat reklamar ta' Casino u l-projbizzjoni ta' dan mil-ligi fl-isfondtad-drittijiet fondamentali. Il-qofol tal-kwistjoni li kellha quddiemha il-Qorti f'dan ir-rigward kienet tikkoncerna l-element tan-necessita` ta' din il-mizura f'socjeta` demokratika, abbinata mal-principju tal-proporzjonalita` li ghandha tezisti bejn il-mizura u l-ghan taghha. Dan kien jinvolvi wkoll ezami tal-interessi tas-socjeta` in generali, u dak tas-settur turisiku, kif ukoll tal-operaturital-fondi fejn issir attivita` ta' dan il-generu.
Il-fatt li l-attivita` ut sic tal-loghob ghall-flus mhijiex ikkunsidrata bhala illecita f'Malta, tant li hemm operaturi licenzjati sabiex jiggestixxu fondi fejn tigi ezercitata din l-attivita`, ma jimminax u ma jistultifikax l-ghan tal-ligi li tipprotegi lis-socjeta` Maltija mill-vizzju tal-loghob, ghax hemm differenza kbira bejn il-loghob bhal,per ezempju, is-Super 5, u l-loghob fil-casino.
Fil-kaz in dizamina, ir-reklamar ta' loghob fil-casinos huwa intiz sabiex ihajjar lin-nies jiffrekwentaw dawn il-postijiet u jippartecipaw fil-loghob tal-azzard li jkun ghaddej fihom, liema attivita` jista' jkollha effetti negattivi fuq is-socjeta` Maltija. Ghaldaqstant dan l-ghan tal-mizura ma jilledix d-drittijiet fondamentali tal-bniedem u jikkwalifika bhala “pertinent” et “suffisant” pour justifier l' ingérence.”




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni