Reference: 400/2000/1

Judgement Details


Date
25/03/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
GIRLANDO GIUSEPPE ET vs PORTELLI MARY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ENFITEWSI, L-OBBLIGU TAS-SID LI JIPPARTECIPA FI SPEJJEZ KBAR F`KAZ TA` ENFITEWSI TEMPORANJA HUWA ESKLUZ META C-CENS JINQALEB F`KERA TAHT IL-KAP. 158 TAL-LIGIJIET TA` MALTA
Summary
L-artikolu 1505 tal-Kap 16 jipprovvdi li c-censwalist ghandu jzomm il-fond fi stat tajjeb. Ic-censwalist hu obbligat li jaghmel ir-riparazzjonijiet kollha necessarji bla differenza jekk l-istess ikunuta' natura ordinarja jew straordinarja.

L-artikolu 1507, jimmitiga dak l-obbligu billi jipprovvdi li c-censwalist jista' ma jkunx responsabbili ghall ispejjez kollha fil-kaz fejn l-enfitewsi tkun ghal zmien u l-ispiza involuta tkun wahda kbira.

L-iskop wara l-artikolu 1507 kien biexdirettarju ma jaghmilx arrikkiment indebitu meta c-censwalist ikollu jaghmel spejjez straordinarji imbaghad wara ftit zmien jaghlaq ic-cens u l-beneficcju jiehdu d-direttarju. Izda meta saret dik il-ligi, l-enfitewsi kienet tispicca meta jghaddi z-zmien stipulat u d-direttarju kien jiehu lura l-postbil-miljoramenti.

Izda bil-provvedimenti tal-Kap. 158 tal-Ligijiet ta` Malta, li kienu posterjuri ghall-Artikolu 1507, censwalist kien taht certi cirkostanzi inghata d-dritt li jaqleb enfitewsi li kienet ser tispicca ghal kera kif ukoll id-dritt li jibqa` jikri l-fond minghand is-sid. Ghalhekk fil-kaz fejn ic-censwalist ikun ikkonverta c-cens ghal kera bis-sahha tad-disposizzjoniniet tal-Kap. 158, hu jkun ser jibqa` jgawdi l-benefikati li ghamel fil-post u s-sid ma jkunx jista` jarrikixxi ruhu indebitament bil-miljoramenti li jkun ghamel ic-censwalist/inkwilin. Ghalhekk f`tali cirkostanzi l-obbligu tas-sid li jippartecipa fl-ispejjez ghal riparazzjonijiet taht l-Artikolu 1507 ma jsibx applikazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info