Referenza: 2392/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/03/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
ABELA MARY CHARIANNE PRO ET NOE vs DIRETTUR TAR-REGISTRU PUBBLIKU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT TAT-TWELID, TISWIJA FIR-REGISTRAZZJONI TAL-KUNJOM WARA RIKONOXXIMENT TAL-PATERNITA` - PATERNITA`, RIKONOXXIMENT TA`
Fil-Qosor
L-gharfien ta' genitur jista' jsir ukoll wara t-twelid, u sahansitra permezz ta' att pubbliku, u jkollu l-effett li dak il-genitur ikollu s-setghat kollha ta' genitur fuq dak il-wild, hlief ghall-uzufrutt legali. Huwa moghti lill-wild il-jedd li jattakka att li bih isir gharfien ta' dak il-wild, daqskemm kull persuna li ghandha interess tista' tattakka talba maghmula lill-Qorti biex tiddikjara l-paternita' jew il-maternita' ta' wild;

Mal-gharfien ta' wild minn missieru naturali, il-wildjista' jaghzel jew li jiehu kunjomu, jew izid kunjom l-omm ma' kunjom missieru, jew jaghzel li jibqa' jzomm biss kunjom ommu. Izda biex japplikaw dawn l-effetti dwar il-kunjom, il-ligi tehtieg li jew (a) li t-twelid tal-wild, jew l-gharfien mahsub fil-ligi, ikun sehh fl-1 ta' Jannar, 1966, jew wara; jew inkella, ghal dak li hu t-tehid ta' kunjom il-missier u jekk l-gharfien kien inghata qabell-1 ta' Jannar, 1966, (b) li l-kunjom li bih il-wild kien dejjem maghruf jigi dikjarat minn sentenza tal-Prim' Awla tal-Qorti Civili, fuq kawza migjuba ghal dan il-ghan, bhala dak tal-missier li kien ghamel il-gharfien.

Il-bidla f'Atti ta' Stat Civili hija mahsuba mil-ligi kemm ghall-beneficcju tal-persuna koncernata, u kif ukoll fl-interess tat-terzi, u hija f'dawn il-limiti li l-legislatur ried li l-Qorti tqis talbet ghall-bidla jew annotazzjonijiet f'atti bhal dawn. L-interess tad-Direttur tar-Registru Pubbliku huwa sewwasew l-interess ta' dawn it-terzi, b'mod illi meta bit-talbamaghmula l-interess tal-pubbliku ma jkunx qieghed igarrab hsara jew pregudizzju, it-talbiet ta' attur ghandhom jintlaqghu, jekk kemm-il darba jirrizultaw pruvati kif ghandu jkun.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni