Referenza: 1796/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/12/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
MANGION CAMILLERI NOEL vs FARRUGIA REUBEN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONVENJU, ACCETTANT JISTA` JIPPROCEDI IMMEDJATAMENT B`KAWZA GHAT-TWETTIEQ TA`
Fil-Qosor
L-Artikolu 1357(2) tal-Kodici Civili jipprovdi li l-effett ta' weghda ta` bejgh jispicca meta jaghlaq iz-zmien miftiehem bejn il-partijiet ghal hekk jew, jekk ma jkun hemm ebda ftehim bhal dak, meta jghaddu tliet xhur minn dak inhar li l-bejgh ikun jista' jsir, kemm-il darba l-accettant ma jsejjahxlil dak li wieghed, b'att gudizzjarju pprezentat qabel ma jghaddi z-zmien applikabbli kif intqal qabel, sabiex jaghmel il-bejgh, u kemm-il darba, fil-kaz li dak li wieghed jonqos li jaghmel hekk, it-talba b'citazzjoni sabiex titwettaq il-weghda ma tigix ipprezentata fi zmien tletin jum minn meta jaghlaq l-imsemmi zmien.

L-accettant jista` pero` jipprocedi immedjatament b`kawza entro t-terminu tal-konvenju sabiex jenforza l-bejgh peress illi citazzjoni hija att gudizzjarju u l-Artikolu 1357(2) ma jispecifikax b'liema att gudizzjarju wiehed irid jaghmel l-interpellazzjoni.

Huwa carilli r-ratio legis ta' l-emendi, li introducew dan l-Artikolu kienet ispirata minn estensjoni tad-dritt ta' azzjoni tal-kreditur u allura, jekk dan, flok ma jiehu vantagg mill-agevolazzjonijiet li nghatawlu biex isostni d-dritt tieghu ta' azzjoni li jimplimenta l-konvenju, jagixxi immedjatament, majkunx b'daqshekk qed jitlef dak id-dritt. Ikun guridkament illogiku li jigi ritenut mod iehor. L-azzjoni hekk ezercitata tipperikola biss lill-attur fil-kamp ta' l-ispejjez, ghaliex dik ir-rinunzjatieghu ghat-termini itwal m'ghandhomx jikkawzaw spejjez zejda lid-debitur. Basta naturalment "li d-debitur jersaq ghall-kuntratt miftiehem fiz-zmien tal-validita' tal-konvenju".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni