Reference: 956/1992/1

Judgement Details


Date
19/11/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
CARUANA ANTHONY vs FARRUGIA JOSEPHINE ET, CATHERINE CARUANA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DIVIZJONI, PRINCIPJI GENERALI TA` KIF GHANDHA SSIR
Summary
L-ebda pjan ta' divizjoni ppreparat f'kuntest ta` kawza ta` divizjoni ma hu ta' perfezzjoni tali lijissodisfa l-esigenzi ta' kull wiehed mill-kondividendi. Kull pjan jista' jigi b'xi mod imtejjeb ukull pjan ikun fih xi dettal illi xi parti tqisu ta' zvantagg. Il-Qorti f'dan il-kaz kellha necessarjament thares lejn l-assjem ta' dawk l-elementi kostituttivi fil-pjan ta' divizjoni li kellhom iwasslu biex kull parti tircevi dak li haqqha skond is-sehem taghha b'mod li, kemm hu possibbli fic-cirkostanzi, parti ma tigix indebitament zvantaggjata fuq parti ohra u dana irrispettivament mill-kwotali kienet tispetta lilha. Dan ifisser illi l-Qorti trid tfittex l-aktar li s-sustanza tal-pjan tkuntirrifletti dawn il-principji aktar milli taghti piz lid-dettalji li jistghu jkunu importanti ghalxi parti imma li fil-fatt kien jehtieg illi jigu skartati jekk ma kienux jiffavorixxu qasma gusta, ragonevoli u ekwitattiva.

Il-fatt li xi hadd mill-kondividendi kellu l-akbar sehem indiviz mill-kontendenti, ma kellu jtih l-ebda vantagg fuq il-partijiet l-ohra fil-pjan ta' divizjoni.

Il-principju kanonizzat fl-artikolu 504 illi fid-divizjoni wiehed kellu jevita li jifred il-fondi fibcejjec jew li johloq servitujiet ma kienx ifisser illi jekk kien hemm servitu' din kellha tigi sopportata minn kondividend wiehed. Il-principju kellu jkun il-kontra illi jekk hemm piz u dan ma setghax jigi evitat jew imnehhi, dan kellu jigu sopportat mill-kondividendi kollha.

Illi l-principju illi l-kondivendi kellhom dritt li jiehdu sehemhom mill-hwejjeg komuni in natura (artikolu 502 tal-Kodici Civili) purche' dan jista' jsir bla xkiel u minghajr hsara (501 (2)) kif ukoll il-jedd tal-kondividendi li jezercita l-opzjoni li tigi assenjata lilu proprjeta' li tmiss ma' proprjeta' ohra tieghu mhux in divizjoni, ma kienux ipogguh f'posizzjoni ta' privilegg jew vantagg fil-konfront tal-kondividendi l-ohra. Kienu biss mahsuba biex jassiguraw li fejn kien possibbli jkun hemm konsolidazzjoni tal-proprjeta' u mhux frammentazzjoni, minghajr pero' ma jigi b'xi mod pregudikat il-jedd tal-kondividendi l-ohra li jiehdu fl-istess mizura l-parti taghhom anke jekk mhux necessarjament f'sehem indaqs.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info