Reference: 273/2006/1

Judgement Details


Date
13/06/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ZRINZO AZZOPARDI STEFAN DR NOE vs GOLDENEGG ENTERPRISES LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; QORTI KOMPETENTI
Summary
Din is-sentenza titratta dwar l-imkompetenza tal-Qorti tal-Inferjuri ta' gurisdizzjoni civili ratione valoris. Ghal dak li jikkoncerna l-kwistjoni hawn involuta jghoddu, b' applikazzjoni ta' l-Artikolu 746 tal-Kodici ta' Procedura r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 748 (a) u 760 (1) u, ukoll, l-Artikolu 765. Dawn qeghdin jigu hawn riprodotti:-
(1) Il-valur ta' l-oggett fil-kawza hu determinat mit-talba meta t-talba hija ghall-hlas ta' somma determinata” - Artikolu 748 (a);
(2) Fil-kawzi dwarkapitali u mghaxijiet, il-valur jigi determinat mis-somom tal-kapitali u ta' l-imghaxijiet flimkien” - Artikolu 760 (1);
(3) Sabiex jigi determinat il-valur ta' l-oggett li fuqu jkun hemm il-kwestjoni, m' ghandu jittiehed ebda qies tal-frottijiet, taz-zieda b' accessjoni, tad-danni jew ta' l-imghaxijiet, li jkun hemm matul il-kawza” - Artikolu 765.

F' dan il-kaz ir-rikorrenti talab ir-rifuzjoni tas-somma kapitali ta' Lm5000 rapprezentanti l-hlas maghmul mir-rikorrenti lis-socjeta intimata indebitament, u l-imghax legali minn meta ghamel il-pagament imsemmi. F' kaz bhal dan jikkonsegwi illi ghad- determinazzjoni tal-valur tal-kawza wiehed irid per forza u, b' necessita`, jiehu qies tas-somma mitluba bhala kapital u ghandhom jigu komposti l-interessi successivi qabel u wara n-notifika ta' l-att promotur.

Is-socjeta intimata tghid li l-interessi kif mitluba fl-att ta' l-avviz ghandhom ghal fini tal-kompetenza jigu addizzjonati mas-somma kapitali ta' Lm5000 u dan igib liratione valoris is-somma globali kienet tissupera l-ammont massimali prefiss fl-Artikolu 47 (1) tal-Kapitolu 12 ghall-iskop ta' kompetenza tal-Qorti Inferjuri ta' gurisdizzjoni civili.

L-EwwelQorti laqet l-eccezzjoni preliminari tas-socjeta intimata tal-inkompetenza ratione valoris u ddikjarat ruha inkompetenti sabiex tkompli bil-gbir tal-provi ta' din il-kawza u konsegwentement astjenietmilli tiehu konjizzjoni ulterjuri tal-kaz prezenti. Jibqa' rizervat favur r-rikorrenti nomine kulldritt ta' azzjoni quddiem il-Qorti kompetenti.

Skond l-Artikolu 47 (1) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili il-gurisdizzjoni tal-Qorti tal-Magistrati (Malta) hija limitata ghall-pretensjonijiet li l-ammont taghhom ma jeccedix il-Lm5000. Hu dispost, imbaghad, fl-Artikolu 748 (a)ta' l-istess Kodici illi l-valur ta' l-oggett fil-kawza hu determinat mit-talba meta din hija ghall-hlas ta' somma determinata. Li jfisser, illi r-rabta bejn il-Qorti u l-kontroversja, ghal skop ta'kompetenza, taghmilha l-oggett tat-talba.

Hu stabbilit mill-Artikolu 760 (a) tal-Kapitolu 12illi “fil-kawzi dwar kapitali u mghaxijiet, il-valur jigi determinat mis-somom tal-kapitali u ta' l-imghaxijiet flimkien”. F' din il-komputazzjoni huma eskluzi mid-dispost ta' l-Artikolu 765 ta' l-istess Kapitolu 12 dawk l-imghaxijiet li jkun hemm matul il-kawza. ghad-determinazzjoni tal-valur tal-kawza wiehed irid per forza u, b'necessita, jiehu qies tas-somma mitluba bhala kapital u ma ghandhomx jigu komposti l-interessi successivi ghan-notifika ta' l-att promotur”.

Ghaldaqstant, dinil-Qorti ta'l-Appell tilqa' l-appell u tirrevoka s-sentenza appellata, bl-ispejjez kontra s-socjeta` konvenuta appellata. Tiddikjara invece illi l-Qorti Inferjuri kienet hekk kompetenti ratione valoris li tiehu konjizzjoni tat-talba attrici u konsegwentement tirrinvija lura l-atti lil dik l-istessQorti ghal kontinwazzjoni u definizzjoni tal-mertu u ta' l-eccezzjonijiet l-ohra tas-socjeta` kovenuta ghalih.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info