Reference: 1/2005/3

Judgement Details


Date
09/04/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BIANCHI LORIS PRO ET NOE vs SLIEMA WANDERERS FOOTBALL CLUB
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; OBBLIGAZZJONI TAL-KERREJ
Summary
F' materja ta' adempiment kontrattwali ta' kera hu provvediment esplicitu tal-ligi illi obbligazzjoni principali tal-kerrej hu dak li jhallas il-kanoni tal-kera fit-termini miftehma jew kif stabblit mil-ligi. Meta, imbaghad, dan il-kuntratt ikun qieghed fil-fazi tar-rilokazzjoni l-adempiment, jew inadempiment, tieghu mill-kerrej ghal dak li huwa hlas ta' kera trid obbjettivament tkun inkwadrata fil-parametri u skond il-kriterji dettati fl-Artikolu 9 (a) u (b) tal-Kapitolu 69.

Il-morozita ma hijiex proprjament nuqqas ta' hlas sic et sempliciter imma nuqqas ta' hlas fit-termini preskritti dekorribbli mill-interpellazzjoni. Il-morozita ghandha kollegament strett ma' l-interpellazzjoniu n-nuqqas ta' hlas da parti tal-kerrej minn din l-interpellazzjoni. Il-ligi ghalhekk ma tippenalizzax id-dewmien izda n-nuqqas ta' l-osservanza ta' l-interpellazzjoni ghall-hlas. Wiehed allura jridper forza jara u jaccerta ruhu jekk saretx l-interpellazzjoni u fuq kollox jekk din saretx skond il-ligi, in kwantu jekk tirrizulta li din ma saretx, jew tinsab kontestata, allura ma tkunx tista' mbaghad tipproduci ebda konsegwenza.

Jidher li l-appellanti jorbot l-obbjezzjonijiet tieghu fil-kontestazzjoni tas-sentenza appellata fuq is-sottomissjoni illi hu baghat lil Club appellat diversi interpellazzjonijiet fil-forma ta' “reminders standard”. Din is-sottomissjoni kienet diga` saretmill-appellanti quddiem il-Bord u li l-Bord ma qabelx maghha ghax irritjena li l-versjoni tar-rapprezentanti tal-Club intimat li nnegaw li recevew xi “reminders” bhal dawk kienet preferibbli ghal dikta' l-appellanti li jghid li baghthom.

Il-prova tal-morozita kienet taggrava fuq minn jallegaha. Dan fis-sens li r-rikorrenti kellu juri mhux biss li l-interpellazzjonijiet tieghu kienu jikkorrispondu ghad-dettami tal-ligi, mhux biss li hu spedixxa l-intimi tieghu, imma fuq kollox li dawn waslu ghand il-kerrej destinatarju. Hu dan il-piz ta' prova u d-dizimpenn tieghu mir-rikorrenti li bih jigi regolat il-gudizju fuq il-fatt allegat.

Gjaladarba l-gudikant hu fid-dmir li jiddeciedi iuxta alligata et probata, jekk il-provi offerti ma jwasslux biex ikun accertat il-fatt allegat wiehed ma jistenniex, imbaghad, li l-gudikant ghandu jaccetta bhala sagrosanta dik l-allegazzjoni tieghu mhux konvincevolment ipprovata.

L-inferenza li r-rikorrenti jigbed mill-fatt ta' l-offertatal-hlas wara n-notifika tar-rikors hi wahda ghal kollox gratuwita u bl-ebda mod ta' l-immaginazzjoni ma tinduci biex tigi akkolta l-proposizzjoni li b' daqshekk il-Club intimat kien qieghed implicitament qed jaccetta li kienu precedentement intbaghtulu interpellazzjonijiet.

Ghaldaqstant, l-appell quddiem din il-Qorti ta'l-Appell gie respint u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez kontra r-rikorrenti appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info