Reference: 138/1992/2

Judgement Details


Date
09/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
AGIUS CARMEL A.
Parties
CAMILLERI MARIA DOLORES ET vs MIFSUD MARIA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ESPROPRJAZZJONI - INTERPELLANZA GHALL HLAS
Summary
Dan hu appell minn decizjoni tal-Bord li Jirregola l-kera. L-appellanti jilmenta illi fl-atti ma jirrizulta bl-ebda mod illi, jew bil-fomm jew bl-iskritt, xi hadd (mhux biss Maria armla ta' Joseph Mifsud) ircieva xi interpellanza ghall-hlas. L-appellanti jargumenta li l-provi tar-rikorrenti appellati huma limitati ghall-fatt illi baghtu ittri registrati li gew lura u baghtu ittri mhux registratili ma gewx lura. Skont l-appellanti dan bl-ebda mod ma jista' jittiehed bhala prova li Maria armlata' Joseph Mifsud, jew xi hadd mill-familja taghha, ircieva xi att jew interpellanza ghall-hlas. Huma jissottomettu li l-ligi tirrikjedi mhux biss li t-talba tkun effettivament giet ricevuta, imma wkoll li jkun hemm id-dekors tat-terminu ta' 15-il gurnata min-notifika tat-talba u ma giex pruvat lisar dan, la ghal darbtejn, kif tassattivament tirrikjedi l-ligi, u lanqas ghal darba wahda biss.

L-intimati min-naha taghhom, jissottomettu li l-fatt li Maria, armla ta' Mifsud, effettivamentirceviet it-talbiet ghall-hlas, jirrizulta tajjeb ferm miz-zewg affidavits taghhom u mill-affidavitta' binthom Sandra Vella, dawn l-affidavits msahha mid-dokumenti esebiti minnhom, mill-ktieb tal-kera esebit ukoll fil-process u wkoll mix-xhieda tal-istess Joseph Mifsud Junior. Huma jissottomettu li mhux minnu li l-provi huma limitati ghall-ittri mibghuta registrati li gew lura unclaimed u ittrimhux registrati li ma gewx lura. Huma jissottomettu illi l-interpellazzjonjiet ghall-hlas tal-kera li kien gia ghalaq saru skont il-ligi u l-gurisprudenza ghaliex twasslu bil-fomm, bil-kitba u bit-telefon u kienu dejjem diretti kontra min kellu interess guridiku li jhallas il-kera.

Il-Qorti tghid li wiehed kien jasal biex sa certu punt jifhem l-ostruzzjonizmu li kkaratterizza din il-kawza fl-ewwel fazi taghha, cioe', sakemm kienet ghadha hajja Maria, armla Mifsud, peress illi l-fattli kienet qed titwal il-kawza b'xi mod seta' jiggovaha f'dik li hija l-okkupazzjoni tal-fond de quo,pero' din il-Qorti ma tifhimx ghala kellu jibqa' ghaddej dan l-ostruzzjonizmu illi jirrizulta mill-atti processwali anke wara l-mewt tal-istess Maria armla Mifsud.

It-tieni punt illi din il-Qorti jidhrilha li ghandha tirrileva huwa l-opportunizmu u nuqqas assolut ta' attendibilita' fix-xhieda ta' Joseph Mifsud Junior, li ghamel sewwa il-Bord ma emmnux. Din il-Qorti m'hijiex pronta taccettaid-deposizzjoni tieghu kemm dik orali kif ukoll dik permezz tal-affidavit bhala wahda veritjera, litikkontjeni l-verita' jew li hija b'xi mod attendibbli.

Din il-Qorti hija sodisfatta illi r-rikorrenti appellati ghaddew minn kalvarju shih biex jippruvaw jithallsu tal-kera dovut lilhom, u kull ma sabu kien nuqqas assolut ta' kooperazzjoni u ostruzzjonizmu da parti, jekk mhux ta' Marija Mifsud stess, ta' min kien evidentement qieghed suppost jiehu hsieb l-interessi taghha. Il-verita hija li kien hemm interpellazzjoni wahda wara l-ohra bil-miktub, apparti interpellazzjonjiet anke verbali u ghalkemm m'hemmx il-prova dokumentarja u diretta li dawn l-interpellazzjonijiet ghaddew ghand Marija Mifsud, kollox jindika li verament gew ricevuti minnha, u li jew ghax riedet jew ghax kienet imgeghla baqghet inadempjenti.

Ghaldstant din il-Qorti qed tirrispingi l-appell u s-sentenzaappellata qed tigi konfermata bl-ispejjez kollha, kemm tal-prim'istanza kif ukoll ta' din l-istanzaa kariku tal-appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info