Referenza: 1064/1988/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/10/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V., CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
GALEA DORIS ET vs TONNA MICHAEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DIVIZJONI, MHUX NECESSARJU LI SSIR TALBA AD HOC GHALL-LICITAZZJONI - DIVIZJONI, TALBA GHAL SERVIGI - TRASFUZJONI TAL-GUDIZZJU, M`HEMMX GHALFEJN ISSIR TRASFUZJONI TAL-GUDIZZJU JEW IL-LEGITTIMAZZJONI TAL-ATTI META L-KAWZA TKUN DIGA` GIET DIFFERITA GHAS-SENTENZA
Fil-Qosor
In Prim' Istanza gie deciz illi t-talba ghad-determinazzjoni ta' ammont dovut f'servigi mill-eredita' lil xi wiehed mill-eredi ma hijiex per se inkompatibbili ma' azzjoni biex jigi determinatstat ta' komunjoni f'eredita'. Jekk sewwa impostata fit-termini gusti bhala parti mill-esercizzju biex tigi determinata l-konsistenza ta' l-assi w il-likwidazzjoni ta' l-istess, talba similitista' tregi.

Talba simili pero' ghandha tkun necessarjament immirata biex l-ammont ta' servigi jigi likwidat bhala dejn ta' l-eredita' li ghandu jitnaqqas mill-assi socjali qabel ma ssir id-divizjoni tieghu billi jigi kanonizzat u mhallas lil min ikun gie gudizzjarjament rikonoxxut li rrenda s-servigi lid-decujus. Zgur li ma jistax jigi determinat b'mod li jizdied is-sehem ta' dak l-eredi li jkun ippresta s-servigi. L-assi fl-eredita' "da dividersi" ghandu jigi stabbilit wara li jitnaqqsu d-debiti - allura anke kull ammont talvolta dovut f'servigi- u hu l-bilanc li jirrizulta li ghandu jigi diviz skond ir-rispettivi kwoti bejn il-kondividendi.

Ma hemmx nullita` tas-sentenza jekk il-mewt ta` parti f'kawza tokkorri meta l-kawza tkun diga' differita ghas-sentenza, allavolja ma ssirx il-legittimazzjoni ta' l-atti jew it-trasfuzjonital-gudizzju qabel l-ghoti tas-sentenza.

Il-bazi ta' l-azzjoni ta` divizjoni ta` wirt hijal-ewwel u qabel kollox, prevja u okkorrendo, illi l-likwidazzjoni ta' l-assi socjali konjugali u l-assi partikolari u imbaghad ghad-divizjoni illi f'termini legali timporta dejjem il-licitazzjoni jekk l-oggett biex jigi diviz mhuwiex komodament divizibbli.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni