Reference: 18/2007

Judgement Details


Date
28/01/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
IZZO JOSEPH vs GALEA OLIVER NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; XIRI TA TELVISION DIFETTUZ
Summary
Ir-rikorrenti xtara LCD television u wara ftit granet kellu xi hsarat li minkejja illi l-intimat kien qallu illi dak kien ‘common fault', u li kienu qeghdin jistennew xi parts minn barra, dawn il-‘faults' baqghu ma gewx irrangati minkejja diversi tentattiva mill-intimat sabiex jirrangah.

It-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumaturi nnota illi minkejja diversi tentattivi l-hsara/difett ma setaxjigi solvut mill-intimat u anke jekk kienet xi haga fis-sistema din ma hijiex accettabbli u ghalhekkordna lill-intimat ihallas lir-rikorrenti s-somma ta' Lm380 bl-ispejjez kontra l-istess intimat b'dan illi l-LCD television isir proprjeta` ta' l-intimat wara li jkun sar l-hlas.

Hu provvediment car tal-ligi, ex-Artikolu 23 (1) ta' l-Att illi quddiem it-Tribunal l-arbitru jirregola l-procedimenti bil-mod li jahseb li jkun l-aktar xieraq ghall-finijiet li tintaghmel gustizzja skond id-dettami ta' gustizzja naturali. Hu dispost ukoll li “jista' jitgharraf b' kull mod li jidhirlu xieraq uma jkunx marbut bil-prattika dwar l-ahjar prova”, kif ukoll li jizgura li l-kawza timxi bi speditezza. L-importanti jibqa' dejjem dak tal-principju li hu jiddeciedi “skond kull mertu u gustizzja sostantiva tal-kaz, u skond l-ekwita`”.

Fil-kaz in ezami jirrizulta bhala fatt illi minn xhur qabel, it-Tribunal iffissa l-ewwel udjenza ghas-smigh tal-kaz u jekk il-konvenut appellant ma giex tempestivament notifikat bl-avviz dan mhux tort la tal-kontroparti u lanqas tat-Tribunal in kwantu hu, ghar-raguni li m' ghandhiex mis-sewwa, naqas li jaccetta l-avviz bl-iskuzanti li ma kellux x' jaqsammal-hanut. Is-smigh tal-kawza u r-regolamentazzjoni taghha certament ma kellhomx jiddependu mill-esigenzi tan-negozju tieghu jew minn “appuntamenti personali” li baqghu ma gewx divulgati x' kienu.

Il-Qorti ta'l-Appell hi sodisfatta fil-kumpless illi l-prova tad-difett illanjat saret, u li tali difett kien wiehed anke gravi u persistenti li rrikjeda riparazzjoni ripetuta. F' tema puramentlegali “min ihallas il-prezz gust ta' haga gdida ma ghandux jigi kostrett jikkuntenta b' haga msewwija, kbira jew zghira kemm tkun dik it-tiswija.”

Ghaldaqstant din il-Qorti ta'l-Appell tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez kontra l-appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info