Referenza: 1311/1978/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/11/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
PACE FRANK vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, OBBLIGU TAD-DANNEGGJAT LI JIMMINIMIZZA D-DANNI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, OBBLIGU TAD-DANNEGGJAT LI JIMMINIMIZZA D-DANNI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, RESPONSABILITA` GHAD-DANNI QABEL IL-PROMULGAZZJONI TAHT L-ARTIKOLU 469A TAL-KAP. 12
Fil-Qosor
Anki qabel il-promulgazzjoni tal-Artikolu 469A tal-Kap. 12 permezz tal-Att XXIV tal-1995, kien japplika l-principju illi meta entita` amministrattiva tkun giet dikjarata li uzat malament id-diskrezzjoni moghtija lilha mil-ligi in forza tal-kariga li tokkupa, li tkun agixxiet arbitrarjament u mhux inforza tal-ligi, certament kien ifisser li jekk mhux addirittura l-awtorita` amministrattiva tkun agixxiet in mala fede tkun almenu agixxiet b'mod illecitu u irragjonevoli. Ghalhekk titnissel r-responsabilita` ghad-danni taht il-principji generali tal-Kodici Civili.

Madanakollu, jibqa' l-principju li d-danneggjat ghandu d-dover li jimminimizza d-danni sofferti minnu. Ghalhekk per ezempju, jekk il-kwistjoni tkun tirrigwarda l-hlas ta` somma ta` flus bhala prekondizzjoni sabiex tkun tista`tinghata licenzja sabiex jopera attivita` kummercjali, id-danneggjat ghandu jipprova jimminimizza d-danni li hu jkun qed isofri, billi anki jhallas tali somma taht protesta sabiex ikun jista` jopera usussegwentement jattakka d-decizjoni amministrattiva in kwistjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni