Reference: 27/2007

Judgement Details


Date
20/06/2007
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
TEFARRA BESABE BERHE vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITT GHALL-HARSIEN MINN TRATTAMENT INUMAN - RIMEDJU GUDIZZJARJU ALTERNATTIV EFFETTIV
Summary
Din hija azzjoni li biha r-rikorrent, mizmum f'centru ta' detenzjoni ghal immigranti pprojbiti, qieghed jghid li l-kundizzjonijiet li qed jinzamm fihom jiksru l-jedd tieghu ghal harsien minn trattament inuman, filwaqt li qed isostni li ilu x-xhur jinzamm detenut, bi ksur tal-jedd iehor fundamentalili jkun imhares minn arrest jew detenzjoni arbitrarji.

Id-diskrezzjoni li l-Qorti ghandha f'dan ir-rigward trid titwettaq b'mod korrett u mmirata lejn l-iskop li l-legislatur ried li jilhaq biha: jigifieri, li filwaqt li ma jithallewx isiru kawzi kostituzzjonali bla bzonn, min-naha l-ohra majigrix li, minhabba thaddim “liberali” tad-diskrezzjoni, persuna tinzamm milli tmexxi 'l quddiem azzjoni bhal din meta jkun jidher li l-kaz huwa wiehed serju li jimplika t-telf jew tnaqqir ta' jedd fondamentali ghal dik il-persuna. Din id-diskrezzjoni ghandha dejjem tigi wzata fl-ahjar interess tal-amministrazzjoni tal-gustizzja biex, min-naha l-wahda, il-Qrati ta' indoli kostituzzjonali ma jsibux ma' wicchom kawzi li messhom jew setghu tressqu quddiem Qrati ohrajn kompetenti jew li dwarhom messhom jew setghu jitfittxu rimedji ohrajn effettivi, u biex, min-naha l-ohra, persuna ma ticcahhadx mir-rimedji li ghandha jedd tfittex taht il-Kostituzzjoni jew taht il-Kap 319 tal-Ligijiet ta' Malta.

Meta jinghad li jkun hemm riemedju iehor xieraq, dejjem ikun qieghed jitfisser li tali rimedju jrid jitqies fid-dawl tal-ksur tal-jedd fondamentali li jkun qed jigi allegat li nkiser jew li jkun mhedded li sejjer jinkiser: ghandu jkun rimedju accessibbli, xieraq, effettiv u adegwat biex jindirizza l-ksur jew theddid ta' ksur lamentat. M'hemmx ghalfejn li, biex jitqies bhala effettiv, ir-rimedju jintwera bhala wiehed li se' jaghti lir-rikorrent success garantit, bizzejjed li jintwera lijkun wiehed li jista' jigi segwit b'mod prattiku, effettiv u effikaci.

Madankollu, l-ezistenza ta' rimedju iehor trid titqies fiz-zmien tal-allegat ksur tal-jedd fondamentali li dwaru jitressaql-ilment, u mhux fiz-zmien li jkun tressaq l-ilment kostituzzjonali jew konvenzjonali. M'huwiex moghti lil persuna l-beneficcju li l-ewwel thalli jghaddi ghalxejn iz-zmien li fih setghet tiehu r-rimedju ghall-ksur tal-jedd taghha, u mbaghad tressaq ilment kostituzzjonali jew konvenzjonali dwar l-istess ksur bhallikieku l-procedura kostituzzjonali jew konvenzjonali kienet xi rimedju in extremis liwiehed jista' jirrikorri ghalih biex isewwi zball jew nuqqas li ma messux twettaq qabel.

F'ghadd ta' sentenzi moghtijin f'dawn l-ahhar snin mill-Qorti Kostituzzjonali, gew stabiliti principji li ghandhom jigu segwiti minn Qorti biex tqis jekk huwiex minnu li r-rikorrent kellu ghad-dispozizzjoni tieghu rimedju alternativ effettiv. Fost dawn il-principji wiehed isib li (a) meta jidhercar li jezistu mezzi ordinarji disponibbli ghar-rikorrent biex jikseb rimedju ghall-ilment tieghu, ir-rikorrent ghandu jirrikorri ghal tali mezzi qabel ma jirrikorri ghar-rimedju kostituzzjonali, u huwa biss wara li jkun fittex dawk il-mezzi jew wara li jidher li dawk il-mezzi ma jkunux effettivament disponibbli li ghandu jintuza r-rimedju kostituzzjonali; (b) li d-diskrezzjoni li tuza l-Qorti biex tqis jekk ghandhiex twettaq is-setghat taghha li tisma' kawza ta' natura kostituzzjonali ghandhatorbot, sakemm ma tingiebx xi raguni serja u gravi ta' illegalita', ingustizzja jew zball manifest fl-uzu taghha; (c) m'hemm l-ebda kriterju stabilit minn qabel dwar l-uzu tal-imsemmija diskrezzjoni,billi kull kaz jehtieg jigi mistharreg fuq ic-cirkostanzi tieghu; (d) in-nuqqas wahdu ta' tehid ta'mezzi ordinarji mir-rikorrent m'huwiex raguni bizzejjed biex Qorti ta' xejra kostituzzjonali taqtaghha li ma tuzax is-setghat taghha li tisma' l-ilment, jekk jintwera li l-imsemmija mezzi ma kinux tajbin biex jaghtu rimedju shih lir-rikorrent ghall-ilment tieghu; (e) in-nuqqas ta' tehid ta' rimedju ordinarju - ukoll jekk sata' kien ghal kollox effettiv biex jindirizza l-ilment tar-rikorrent - minhabba l-imgiba ta' haddiehor m'ghandux ikun raguni biex il-Qorti twarrab is-setghat taghha li tisma' l-ilment kostituzzjonali tar-rikorrent ; (f) l-ezercizzju minn Qorti (tal-ewwel grad) tad-diskrezzjoni taghha bla ma tistharreg il-materja necessarja li fuqha tali diskrezzjoni ghandha titwettaq, jaghti lil Qorti tat-tieni grad is-setgha li twarrab dik id-diskrezzjoni; u (g) meta r-rimedju jaqa'fil-kompetenza ta' organu iehor jew meta s-smigh tal-ilment tar-rikorrent se' jwassal biex l-indagnigudizzjarja u l-process l-iehor tas-smigh tar-rimedju ordinarju jkunu duplikazzjoni ta' xulxin, il-Qorti kostituzzjonali ghandha ttendi lejn ir-rifjut li tuza s-setghat taghha kostituzzjonali, sakemml-indagni gudizzjarja tal-kaz ma tkunx, min-natura taghha, ixxaqleb izjed lejn kwestjoni kostituzzjonali.

Id-diskrezzjoni li l-Qorti taghzel li tiehu jekk twettaqx jew le s-setghat taghha kostituzzjonali biex tisma' kawza ghandha tigi ezercitata bi prudenza, b'mod li fejn jidher li hemm jewsejjer ikun hemm ksur serju ta' drittijiet fondamentali, l-Qorti xxaqleb lejn it-twettiq ta' dawk is-setghat. Din id-diskrezzjoni ghandha dejjem tigi wzata fl-ahjar amministrazzjoni tal-gustizzja u tohloq bilanc biex, mill-banda l-wahda, twaqqaf lil min jipprova jabbuza mill-process kostituzzjonali, u mil-banda l-ohra zzomm milli jigi mahluq xkiel bla bzonn lil min genwinament ifittex rimedju kostituzzjonali.

L-ghan ewlieni li fuqu r-rikorrent jibni l-kaz tieghu huwa z-zamma tieghu ghaltul zejjed ta' zmien f'centru ta' detenzjoni f'kundizzjonijiet li jammontaw ghal mohqrija jew trattament mhux xieraq ghall-bnedmin. Huwa jilmenta li z-zamma tieghu hi diga', llum il-gurnata, wahda illegali. Ghalhekk, huwa jishaq li ta' xejn jipprova japplika lill-Bord tal-Appell dwar l-Immigranti,ghaliex, ikun xi jkun l-ezitu, diga' garrab ksur tal-jeddijiet fundamentali tieghu li ghalih dak il-Bord ma ghandux is-setgha li jaghtih rimedju. L-aktar li l-Bord jista' jaghmel hu li jirrakkomandal-helsien tieghu mic-Centru ta' Detenzjoni taht certi kundizzjonijiet.

Ir-rikorrenti qieghedjinzamm f'qaghda li huwa jghid li hija kontra l-ligi ghax tmur kontra l-jedd tieghu ghall-helsien mill-arrest arbitrarju. Din ic-cirkostanza hija tajba u serja bizzejjed biex twassal lil din il-Qorti biex taqtaghha li l-kaz jisthoqqlu jigi trattat fi procedura bhal din u mhux li twarrab milli tismaghha. Taqbel ukoll mas-sottomissjoni tar-rikorrent u tqis li r-rimedju li jsemmu l-intimati ma jistax jaghti, fl-ahjar ipotezi ghalih, rimedju shih, xieraq u cert li l-ligi tistenna f'kazijiet fejn il-liberta' tal-bniedem tkun, imqar ghal zmien limitat, michuda.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddikjara li hija taghzel li twettaq is-setghat taghha u tisma' l-kawza billi ma ssibx li r-rikorrentghandu jew kellu disponibbli ghalih rimedju iehor xieraq ghall-ksur ta' jeddijiet li huwa jghid li qieghed igarrab, bl-ispejjez kontra l-intimati, filwaqt li tordna li s-smigh tal-kawza jitkompla bil-gbir tal-provi u trattazzjoni fil-mertu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info