Reference: 963/1999/1

Judgement Details


Date
24/09/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
SAYDON GEORGINA vs MUSCAT EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
QORTI TAL-MAGISTRATI; KOMPETENZA
Summary
Mir-rikors ta' appell li gie pprezentat mill-intimat appellant jidher li l-aggravju huwa duplici: wiehed hu li l-Qorti ddecidiet malament dwar l-eccezzjoni sollevata mill-intimat koncernanti l-gurisdizzjoni o meno tal-Qorti tal-Magistrati li tiehu hi konjizzjoni tal-kawza u t-tieni tirrigwarda n-nullita' tal-istess sentenza inkwantu l-Ewwel Qorti kompliet ghaddejja biex tiddelibera l-meritu meta kien hemm intendiment car u espress li fl-ewwel lok kellha tigi deciza l-eccezzjoni legali preliminarja.

Din il-Qorti jidhrilha li bil-mod kif giet moghtija u redatta s-sentenza appellata jirrizulta li l-ewwel Qorti korrettement l-ewwel ghaddiet biex tiddelibera u tiddeciedi separament dwar l-eccezzjoni tan-nuqqas ta' gurisdizzjoni. Ghalhekk huwa proceduralment possibbli li l-aggravju dwaril-fondatezza o meno ta' din l-eccezzjoni jigi deliberat ukoll minn din il-Qorti - indipendentementminn kif kompliet biex tiddelibera in segwitu l-Qorti tal-Magistrati.

Fil-fehma ta' din il-Qorti dak li ddecidiet il-Qorti tal-Magistrati fis-sens li hija kienet kompetenti u kellha gurisdizzjoni li tisma' u li tiddeciedi din il-kawza kien korrett u legalment validu. Infatti l-artikolu 48 tal-Kap 12 jistabilixxi kjarament li l-Qorti tal-Magistrati tista' tiddeciedi wkoll kull talba ghal zgumbrament jew tkeccija minn beni mmobbli sew bini kif ukoll raba.

II-kwistjoni tal-valur tidhol biss ghall-fini ta' kompetenza ratione valoris ghaliex l-izgumbrament qed jintalab a bazi tal-allegazzjoni tan-nuqqas ta' kwalsiasi titlu da parti tal-appellant. Mill-atti u dokumenti li hemm esebiti fil-kawza ghandu jirrizulta li l-ewwel Qorti ddecidiet tajjeb dwar l-ewwel eccezzjoni u li ghalhekk l-aggravju dwarha hu infondat.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddeciedi billi fl-ewwel loktichad l-aggravju tal-intimat appellant inkwantu jikkoncerna dik il-parti tad-decizjoni fejn l-imsemmija l-ewwel eccezzjoni giet michuda u tikkonferma din il-parti tas-sentenza appellata kif moghtijamill-Qorti tal-Magistrati. Tilqa' pero' dik il-parti tal-aggravji in kwantu tiddikjara l-bqija tal-imsemmija sentenza fl-ismijiet premessi u kif moghtija mill-istess Qorti bhala nulla u qeghda ghalhekk tirrevoka din il-parti tas-sentenza in kwantu tolqot l-eccezzjonijiet l-ohra, partikolarment dikfil-mertu u tordna li l-atti tal-kawza jigu rimessi quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta) ghall-fini ta' tkomplija u smigh tal-kawza skont il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info