Referenza: 2779/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/04/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
TESTAFERRATA DE NOTO FREDERICK ET vs TESTAFERRATA DE NOTO EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IRKUPRU SUCCESSORJU, JEDD TA` KO-WERRIET LI JINGHAQAD MA` KO-WERRIET IEHOR LI JKUN GÀ BEDA L-PROCESS TA` L-IRKUPRU - IRKUPRU SUCCESSORJU, META JISTA` JIGI EZERCITAT DAN ID-DRITT
Fil-Qosor
L-aventi causa ta` persuna li tkun cediet sehemha mill-wirt mhux intitolati ghall-ezercizzju tal-irkupru successorju flimkien mal-werrieta l-ohra.

Ko-werriet jista' jinghaqad mal-ko-werriet l-iehor fl-ezercizzju tal-jedd ta' rkupru. Dan jista' jaghmlu sakemm il-jedd ma jkunx lahaq gie akkwizit mill-ko-werriet l-iehor, ghax inkella l-ko-werriet li jfittex li jinghaqad fl-irkupru ma jkunx qieghed, fil-fatt, jinghaqad fl-irkupru izda jaghmel esproprjazzjoni ta' jedd ga' akkwizit mill-ko-werriet l-iehor.

Jista` jinghad li r-retratt huwa konsumat meta c-cessjonarju ikun akkonsenta ghalih jew meta tkun giet deciza b'mod definittiv kawza kontrih. Ghal dan il-ghan ma hemmx bzonn li l-prezz tac-cessjoni jkun sar.

Ghalhekk, il-jedd ta' ko-werriet li jinghaqad ma' ko-werriet iehor li jkun gà beda l-process ta' l-irkupru jintemm jew fi zmien hmistax wara n-notifika li l-ko-werriet l-iehor ikun qed jezercita l-irkupru, jew meta l-ko-werriet l-iehor ikun finalment akkwista s-sehem tal-wirt minghand ic-cessjonarju, sakemm, f'dan it-tieni kaz, ikun ghadda wkoll iz-zmien ta' xahar min-notifika, mhux ta' l-irkupru, izda tac-cessjoni, ghax jekk l-irkupru jkun mitmum qabel ma jghaddi dak ix-xahar xorta ma jkunx jista' jcahhad lill-ko-werrieta l-ohra mill-jedd taghhom illi, mhuxjinghaqdu fl-irkupru mibdi minn ko-werriet iehor, izda li jezercitaw l-irkupru huma stess iure proprio.

Il-Qorti ikkonkludiet li l-atturi f'din il-kawza kienu notifikati bic-cessjoni tal-wirt dak in-nhar stess li saret, ghax kienu, fil-persuna ta' l-awtur taghhom, prezenti fuq l-att ta` cessjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni