Reference: 45/2001/1

Judgement Details


Date
07/12/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CASSAR ALFRED ET vs AGIUS ANTOINE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - GRAD TA` PROVA MEHTIEG - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - ONERU TAL-PROVA - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI PARZJALI - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - NON USO
Summary
1. L-uzu divers li jsir anki minn parti biss minn fond igib tibdil ta' destinazzjoni a sensu ta' l-Artikolu 9 (a) tal-Kapitolu 69. Dan hu hekk, hlief fil-kaz fejn ikun jitratta minn kambjament parzjali komplimentari ghad-destinazzjoni u kwazi konsegwenzjali taghhom; b' mod li t-tibdil ikun accessorju ghall-uzu principali u b' mod li jibqa' dejjem shih l-uzu stabbilit fil-ftehim;

2. Iz-zamma ta' fond maghluq ghal zmien twil huwa parifikat ghal kambjament tad-destinazzjoni. Dan fuq it-taghlim tal-Laurent li jghid "non si usa della cosa secondo la sua destinazione non usandone";

Huwa principju ben assodat illi jaggrava fuq is-sid li jgib prova, sodisfacenti u konklussiva, biex tikkorrobora l-allegazzjonijiet tieghu tat-tibdil fl-uzu jew in-non-uzu. Min jallega tibdil ta' destinazzjoni minnu mikri ghandu jipprova sew id-destinazzjoni orginarja kemm it-tibdil taghha. Huwa biss fil-kaz fejn l-intimat jallega fatt pozittiv kuntrarju ghall-uzu effettiv tal-fond illi din il-kontroprova tinkombi lil dan, "ghax reus in excipiendo fit actor u allura l-fatt minnu allegat, li jikkostitwixxi l-kontroprova minnu offerta, ghandu jigi pruvat minnu";

Is-semplici supposizzjonijiet u kongetturi ma jwasslux ghal dik il-verita li l-kambjament denunzjat sehh tassew.

Huwaindubitat illi biex in-non-uzu jikkostitwixxi tibdil ta' destinazzjoni jehtieg dejjem li jigu valjati c-cirkostanzi ta' kull kaz. Anke hawn il-ligi u l-gurisprudenza jesigu li biex il-Qorti tawtorizza r-ripreza ta' fond fuq il-kawzali tan-non-uzu kellu jkun hemm provi certi, kredibbli u attendibbli. Altrimenti ttendi biex tipprotegi l-ftehim u ssalva l-ftehim tal-kirja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info