Reference: 823/1999/1

Judgement Details


Date
13/07/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
MIZZI VIVIAN CHARMAINE vs MIZZI CARMEL
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
KONTUMACJA, APPLIKAZZJONI UNIFORMI TA` - KONTUMACJA, GUSTIFIKAZZJONI GHAL - KONTUMACJA, OPPOSIZZJONI - KONTUMACJA, RATIO TAL-ISTITUT
Summary
L-ewwel Qorti ippermettiet lill-konvenut li jressaq nota tal-eccezzjonijiet nonostante l-kontumacjatieghu peress illi din kienet kawza dwar ghoti ta' manteniment bejn mizzewgin. L-ewwel Qorti qalet li f'kawzi ta' separazzjoni personali dejjem halliet li jigu presentati noti tal-eccezzjonijiet nonostante l-kontumacja, u applikat dan l-istess principju f'dan il-kuntest illi huwa relatat.

Il-Qorti tal-Appell qieset illi l-istutut ta' kontumacja bl-ebda mod ma huwa relatat mal-mertu tal-kawza jew ma' l-implikazzjonijiet personali, socjali jew xort'ohra tieghu. Hu istitut intiz biss bhalafren biex irazzan l-atteggjament ta' kontumelja u disprezz da parti ta' min kien citat biex jersaq quddiem il-Qorti u jaghzel li jinjora tali ordni bla ma jkollu gustifikazzjoni xierqa. Ma kienx gustallura li ssir distinzjoni jew preferenza fejn il-ligi ma taghmilhiex u ma tippermettihiex.

Il-Qorti tal-Appell iddistingwiet bejn l-istat kontumacjali li kellu jkun uniformement l-istess ghalkull min, bl-atteggjament negattiv tieghu, juri kontumelja u disprezz lejn il-Qorti, indipendentement mix-xorta tal-mertu tal-kawza, u l-mod kif il-gudikant jipprocedi fit-trattazzjoni tal-kawza, benche' fil-kontumacja tal-parti, biex jassigura smiegh xieraq u gust li lanqas jaghmel hsara lill-kontendenti. Dan partikolarment minhabba l-fatt illi l-istat kontumacjali tal-konvenut jew tal-konvenuta f'kawza ta' separazzjoni personali jista' wkoll spiss ikollu effett negattiv mhux biss fuq dik il-parti, imma wkoll fuq haddiehor, bhal per ezempju l-ulied minuri.

Hu ormai pacifiku illi l-kontumacja ma tissarrafx f'ammissjoni tal-konvenut, imma pjuttost f'kontestazzjoni tat-talbiet attrici, hu car ukoll li l-Qorti kellha latitudini wiesgha fil-kondotta tal-proceduri quddiemha, anke biex tasal ghall-konvinciment dwar min kien rejalment il-htija tat-tifrik taz-zwieg.

Il-motivazzjoni ta' l-ewwel Qorti ghad-digriet appellat ma kienetx sostenibbli fil-ligi. Dan ukoll ghaliex effettivament id-digriet ta' l-ewwel Qorti ma kienx jinkwadra ruhu fis-sodisfazzjoni da parti tal-konvenut kontumaci li jiggustifika l-kontumacja tieghu. F'dan ir-rigward infatti l-ewwel Qorti ddikjarat li ma kienetx tant konvinta bl-argumentazzjoni "legali" migjuba mill-konvenut biex jiggustifika l-kontumacja tieghu. Kien ghall-kuntrarju ezercizzju ta' diskrezzjoni da parti ta' l-ewwel Qorti lippermettiet il-prezentata tan-nota ta' l-eccezzjonijiet da parti tal-konvenut kontumaci, nonostanteli dan ma kienx adegwatament jiggustifika l-kontumacja tieghu. Ezercizzju ta' diskrezzjoni li l-ligi mkien ma taghti lill-Qorti.

Kif ormai pacifiku fil-gurisprudenza il-Qorti tal-Appell bhalaQorti ta' Revizjoni, ma kienetx bhala regola tiddisturba d-diskrezzjoni ezercitata mill-Qorti fl-ewwel grad, sakemm ma tkunx tirrizulta li ser issir xi ingustizzja manifesta. Pero' dan il-principjujapplika naturalment biss fejn il-Qorti ta' l-ewwel grad ikollha, fil-ligi, id-dritt li tezercita tali diskrezzjoni. Fil-kaz taht ezami, it-termini tal-motivazzjoni tad-digriet kienu tali li ma jippermettux lill-Qorti tal-Appell li tiddesisti milli tissindika l-korrettezza ta' dak id-digriet, bazatkif inghad esklussivament fuq ezercizzju zbaljat ta' diskrezzjoni, propju ghaliex l-ewwel Qorti bl-ebda mod ma tat indikazzjoni li l-konvenut appellat kien irnexxielu, anke jekk mhux b'tant konvinzjoni, jiggustifika l-kontumacja tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info