Reference: 29/2004/1

Judgement Details


Date
14/06/2005
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
ALOISIO RAPHAEL ET vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
SMIGH XIERAQ
Summary
F' sentenza preliminari, ir-rikorrenti kienu hassewhom aggravati, ai termini ta' l-Artikolu 231(1) tal-Kodici ta' l-Organizzazzjoni u Procedura Civili (Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta), u intavolawrikors fejn talbu lill-istess Prim'Awla tal-Qorti Civili permess sabiex jappellaw minnha. Ir-rikorrenti talbu lill-Qorti biex:

1.Tiddikjara u tiddeciedi li bis-Sentenza moghtija mill-Qorti ta'l-Appell fil-kawza fl-ismijiet Valle del Miele Limited versus Raphael Aloisio, Malcolm Booker, Steve Cachia, Edward Camilleri, Andrew Manduca, Paul Mercieca u Stephen Paris personalment u fil-kapacita` taghhom ta' partners tad-ditta Deloitte & Touche Certified Public Accountants and Auditors, gew miksura l-artikoli 39(2) tal-Kostituzzjoni ta' Malta u 6(1) ta' l-Ewwel Skeda tal-Kapitolu 319 tal-Ligijiet ta' Malta billi gie lez id-dritt taghhom ghal smiegh xieraq quddiem dik il-Qorti.

2.Konsegwentement thassar l-imsemmija Sentenza u tordna l-prosegwiment ta' l-appell minnhom interpost fl-atti ta' l-istess kawza fuq il-mertu u

3.Taghmel dawk l-ordnijiet, tohrog dawk l-atti u taghti dawk id-direttivi li tqis xierqa sabiex twettaq, jew tassigura t-twettiq ta' l-artikoli 39(2) tal-Kostituzzjoni ta' Malta u 6(1) ta' l-Ewwel Skeda tal-Kapitolu 319 tal-Ligijiet ta' Malta.

Ir-rikorrenti pprezenta nota li fiha stqarr li l-bazi tal-azzjoni hija “the right to a court, which ispart of their right to a fair trial guaranteed by Article 6 (1)”.

L-ewwel eccezzjoni tal-Avukat Generali hija li preliminarjament l-intimat mhux il-legittimu kuntradittur f'dawn il-proceduri,u dan ai termini tal-artikolu 181B(2) tal-Kap. 12, stante li kienet tezisti awtorita` kompetenti ohra li setghet twiegeb ghal lanjanzi vantati mir-rikorrent. Ghalhekk l-intimat ghandu jkun liberat mill-osservanza tal-gudizzju. Ukoll ir-Registratur Qrati Civili u Tribunali fl-ewwel lok eccepixxa liminhabba n-natura tat-talbiet rikorrenti kif motivati fl-imsemmi rikors promotur, ir-Registratur, Qrati Civili u Tribunali mhux il-legittimu kontradittur f'dawn il-proceduri u ghaldaqstant ghandu jigi liberat mill-osservanza tal-gudizzju.

Permezz tal-Att XXIV tal-1995 gie introdott l-artikolu gdid 181 B. Dan jispecifika min ghandu jirraprezenta l-Istat fi proceduri fil-Qrati b‘mod specifiku u fis-subinciz (1) jghid li:
“(1) Il-Gvern ghandu jkun rapprezentat fl-atti u fl-azzjonijiet gudizzjarji mill-kap tad-Dipartiment tal-Gvern li jkun inkarigat fil-materja in kwistjoni.
(2) L-Avukat Generali jirrapprezenta lill-Gvern f'dawk l-atti u l-azzjonijiet gudizzjarji li minhabba n-natura tat-talba ma jkunux jistghu jigu diretti kontra xi wiehed jew aktar mill-kapijiet tad-dipartimenti l-ohra tal-Gvern.”

Mhux funzjoni ordinarja tar-Registratur tal-Qorti tar-Revizjoni tal-Atti Notarili li jipprovdi post fejn jistghu jinhaznu dawn id-dokumenti notarili, tant li din ir-responsabblta' giet assunta u mistennija li titwettaq f'qasir zmien min-Nutar tal-Gvern, li huwa l-kaptad-dipartiment koncernat .

Ghalhekk jekk xejn il-lanjanza tar-rikorrent dwar id-dewmien liqed jiltaqa' mieghu biex id-dokumenti jittiehdu mill-fond li jappartjeni lilu u jinhaznu band'ohraghandha tkun diretta kontra l-kap tad-dipartiment li bil-ligi jrid jahseb ghal tali eventwalita`.

Fid-dawl tal-emendi ghall-Art. 181 ta-Kap. 12, il-Qorti ikkonkludiet illi jidher b'mod car li l-eccezzjoni preliminari tal-intimat Registratur tal-Qorti tar-Revizjoni tal-Atti Nutarili, li humhux il-legittimu kontradittur f'dawn il-proceduri hija fondata, u ghalhekk qed tigi milqugha.

Bl-istess mod jinghad li l-ilment fir-rikors odjern ma humiex diretti versu l-operat tar-Registratur tal-Qorti izda kontra dak tal-Imhallef u kontra l-Kummissarju tal-Pulizija. Ghaldaqstant il-Qorti tilqa' l-ewwel eccezzjoni tal-intimat Registratur tal-Qorti u tilliberah mill-osservanza tal-gudizzju bl-ispejjez kollha kontra r-rikorrent.

Il-lanjanza kostituzzjonali tar-rikorrenti hija dwar kwistjoni gudizzjarja u mhux amministrattiva. Ghal dawn il-motivi tillibera lir-RegistraturQrati Civili u Tribunali mill-osservanza tal-gudizzju u tichad l-ewwel eccezzjoni tal-Avukat Generali.

It-tieni eccezzjoni tal-Avukat Generali hi li l-Qorti ghandha tiddeklina milli tezercital-poteri kostituzzjonali taghha rigward dan il-kaz ai termini tal-art 436(2) tal-Kostituzzjoni peress li jezistu rimedji adegwati ohra ghar-rikorrenti. Ir-raguni ta' dan fin-nota tal-osservazzjonijiet a fol 41 li ghad jista' jsir appell mis-sentenza shiha fl-ahhar tal-kawza liema rimedju ghadu jezisti sal-lum. L-Avukat Generali sostna li r-rimedju kostituzzjonali huwa wiehed straordinarju u ma jistax jintuza minnflok jew qabel ma jkun gie ezawrit rimedju ordinarju.

Il-Qorti ghandha l-obbligu li f'certu cirkostanzi tirrifjuta li tezercita s-setghat taghha f'kull kaz meta tkun sodisfatta li mezzi xierqa ta' rimedju ghall-ksur allegat huma jew kienu disponibbli favur dik il-persuna skond xi ligi ohra. Altrimenti tkun qedgha tagixxi ta' Qorti tat-tielet istanza - haga li tmur kontra l-ligi. Jekk kien hemm mezzi xierqa ohra il-Qorti ghandha tiddirigi ruhha lejn ir-rifjut tal-ezercizzju tas-setghat taghha taht l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, mhux biss meta ma jistax isir mod iehor ghaliex ir-rimedju jkun essenzjalment residenti quddiem Qorti ohra, imma anke meta l-indagini gudizzjarja u r-rimedju ghall-ilment ikunu sostanzjalment duplikati fiz-zewg mezzi miftuha ghal min ikun qieghed iressaq l-ilment.

Maghmula dawn il-kostatazzjonijiet, b'referenza ghall-kaz odjern il-Qorti ma thossx li ghandha tirrifjuta li tezamina l-kaz in ezami ghax f'dan il-kaz jekk jigi applikat ir-rimedju l-iehor u cioe` dak tal-appell wara s-sentenza finali jkun qieghed jittiehed dritt lir-rikorrenti.

Il-mezzi l-ohra disponibbli ghar-rikorrenti ma jistghux jigu adoperati f'dan l-istadju. Ir-rimedju alternattiv suggerit mill-Avukat Generali ma jistax jirrimedja kompletament il-lanjanzi tar-rikorrenti. Il-mezzi l-ohra ta' rimedju ma jpoggux lir-rikorrenti fl-istess pozizzjoni. Ghal dawn il-motivi tichad ukoll it-tieni eccezzjoni tal-Avukat Generali.

L-Avukat Generali eccepixxa wkoll bhala tielet eccezzjoni tieghu l-intempestivita` tal-azzjoni odjerna. Sostna li f' dan l-istadju huwa kmieni wisq biex ir-rikorrenti javvanzaw l-ilmenti dwar ksur tad-drittijiet fondamentali taghhom.

Din l-eccezzjoni hija bazata fuq it-tieni eccezzjoni u peress li giet michuda t-tieni eccezzjoni ghall-istess ragunijiet giet michuda mill-Qorti.

L-Avukat Generali eccepixxa wkoll li l-proceduri kostituzzjonali ma jistghux jintuzaw bhala forma tat-tieni appell minn sentenza gja moghtija mill-Qorti tal-Appell.

Fil-principju dan hu hekk. Il-Qorti Kostituzzjonali qatt ma tista' tkun it-tieni Qorti tal-Appell izda dan ma jista' qatt ifisser li din il-Qorti ma taghmilx id-doveri taghha. Fil-kaz in ezami pero` mhux qieghed isir dan, izdar-rikorrenti qed jallegaw li gie milqut dritt kostituzzjonali taghhom li certament din il-Qorti matistax tqisu bhala frivolu u dan minghajr ebda riflessjoni favur jew kontra l-ezitu finali tal-kawzaodjerna. Jinghad ukoll li l-Onorabbli Qorti tal-Appell ma ezaminatx il-meritu tal-kwistjoni li dwarha sar l-appell u ghalhekk certament wiehed ma jistax iqis li jkun qed isir tieni appell. Is-sentenza tal-Onorabbli Qorti tal-Appell dahlet fuq l-irritwalita` tar-rikors tal-appell. Ghaldaqstant giet michuda ukoll ir-raba' eccezzjoni preliminari.

Il-Qorti kkonkludiet illi r-rikorrneti ghandhom ibatu l-ispejjez tar-Registratur tal-Qorti minhabba li kienu huma li ghamlu t-talba ghall-kjamata in kawza tieghu. Dwar l-eccezzjonijiet l-ohra, l-ispejjez kontra l-Avukat Generali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info