Referenza: 136/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/04/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
AZZOPARDI JOHN vs CAMILLERI MARTIN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, DOVER TA` KULL SEWWIEQ LI JIRREGOLA S-SEWQAN TIEGHU SKOND IL-KONDIZZJONIJIET U C-CIRKOSTANZI LI JKUN JINSAB FIHOM - KOLLIZJONI, META KAROZZA TKUN GHADDEJJA MINN NAHA L-HAZINA TAT-TRIQ
Fil-Qosor
Il-fatt li d-driver jkun isuq, minflok fuq ix-xellug tat-triq, kif iridu r-regolamenti, fuq il-crownof the road, ma hux deciziv ghas-soluzzjoni tal-kwistjoni dwar liema driver huwa hati tal-kollizzjoni li tigri.

Sewwieq li jkun fuq in-naha l-hazina tat-triq mhux necessarjament ikun responsabbli ghall-kollizzjoni jekk l-agir tieghu ma jkunx ta lok ghal din il-kollizzjoni.

Bhala regola generali meta si tratta ta' habta bejn zewg vetturi li qeghdin jinsaqu f'direzzjonijiet opposti, is-sewwieq li jaqbez il-linja medjana tat-triq huwa generalment responsabbli ghall-kollizzjoni. Madankollu din mhijiex regola li tapplika f'kull cirkostanza ghaliex jistghu jissuccedu eccezzjonijiet ghaliha.

Min ikun qed isuq, ghalkemm ma jaghmilx dawk il-kalkoli matematici li huma mehtiega biex fil-Qorti jigi apprezzat u gudikat il-kaz, ghandu pero` jkun jaf u jirrealizza li fis-sewqan awtomobilistiku d-distanzi u l-kollizzjonijiet huma kwistjoni ta' sekondi; u ghalhekk is-sewwieq ghandu jirregola l-ghemil tieghu fis-sewqan konformement.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni