Referenza: 2059/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/04/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
FORMOSA LAURA ET vs SPITERI EMANTEN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, LOCUS STANDI TAL-WERRIETA TA` PERSUNA LI TKUN MIETET F`INCIDENT - DANNI, LUCRUM CESSANS BAZAT FUQ IL-GROSS SALARY - DANNI, LUCRUM CESSANS IRID JINKLUDI IZ-ZIEDA POTENZJALI FL-INTROJTU TAD-DANNEGGJAT - KOLLIZJONI, RESPONSABILITA` TA` MIN IHALLI LIL PERSUNA SSUQ VETTURA MHUX LICENZJATA U ASSIGURATA
Fil-Qosor
Sid ta' vettura li tkun involuta f'incident meta misjuqa minn terzi ma' jwegibx ghad-danni talvoltakagjonati mis-sewwieq. Bhal kull principju generali iehor ir-regola ssofri eccezzjoni bhal per ezempju fejn jirrizulta li l-vettura misjuqa mit-terz ma tkunx assikurata u allura tinsorgi r-responsabilita' solidali anke ta' sid il-vettura.

L-Income Tax li seta' hallas id-decujus, ossia d-danneggjat, hija affari ta' bejnu u bejn il-Gvern li fiha l-obbligat ma jidholx.

M'ghandu jsir ebda deduzzjoni ta' PAYE jew ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Nazzjonali mill-ammont tad-danni likwidat favur il-parti leza.

Fil-kalkolu tal-paga tad-decujus, wiehed irid jiehu in konsiderazzjoni z-zieda potenzjali fid-dhul tieghu.

Il-fatt li l-legislatur uza l-kelma "eredi" mhix perse konslussiva li l-azzjoni hi moghtija 'jure haereditatis' ghax biex azzjoni tkun tali qabel xejntkun tirrigwarda xi beni li kien ga fil-patrimonju tad-decujus qabel ma miet. ghalhekk l-interpretazzjoni li trid tinghata lill-Artikolu 1089 (illum Artikolu 1046) mhix dik li l-eredi fih imsemmija huma vestiti b'dik l-azzjoni bhala dritt lilhom trafuz mill-vittma, izda inveci li, ghalkemm huma jikkonsegwixxu dak id-dritt minhabba l-mewt tieghu, dan isir ope legis u bhala dritt proprio taghhom, lihu koncett sostanzjalment differenti, u ghalhekk mhuwiex dritt recepit mill-massa ereditarja, ghaxhawn mhux qed nitkellmu izjed fuq it-trasmissjoni ordinarja lill-eredi tieghu tad-drittijiet minnu akkwistati waqt hajtu taht l-Artikolu 1088 (Artikolu 1045) u li ma kellux zmien jesperixxi ghalih innifsu sakemm miet, izda fuq ordni iehor ta' ideat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni