Reference: 1031/1994/1

Judgement Details


Date
01/04/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
ZAHRA ANGELO NOE vs PISANI VINCENT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - KONDIZZJONIJIET IRIDU JIGU VALUTATI LKOLL FLIMKIEN - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - APPLIKAZZJONI TAL-KAP. 69 TAL-LIGIJIET TA` MALTA
Summary
L-Artikolu 1530 tal-Kodici Civili jrid jinqara kif soggett ghall-Artikolu 3 tal-Kap. 69 li jipprovdili -

"Sid il-kera ta' xi fond ma jistax, meta jaghlaq iz-zmien tal-kiri (sew jekk dan iz-zmien ikun skond il-ftehim, legali, skond l-uzu jew imnissel mid-disposizzjonijiet ta' din l-Ordinanza), jirrifjuta li jgedded il-kiri jew li jgholli l-kera jew li jaghmel kondizzjonijiet godda ghat-tigdid tal-kiri minghajr il-permess tal-Bord."

Is-suespost pero` jghodd biss sakemm il-kirja maghmula originarjament tkun saret taht kundizzjonijiet gusti.

Il-Qrati taghna ittrattaw il-kwistjoni ta' x'inhuma kundizzjonijiet gusti f'diversi decizjonijiet li pero` bosta drabi kienu jitrattawfondi kummercjali u mhux djar ta' abitazzjoni.

Biex twiegeb ghall-mistoqsija jekk il-kiri sarx 'taht kundizzjonijiet gusti' essenzjalment trid tara jekk bonus paterfamilias illi jkun sid tal-haga kienx jikriha fiz-zmien meta kriha l-uzufruttwarju taht dawk il-kundizzjonijiet. Jekk il-haga ma kienx jikriha li kieku kienet tieghu, ghax il-kundizzjonijiet ma jkunux ta' vantagg bizzejjed ghalih, mela ma ghandux jikriha meta hi ta' haddiehor u b'dawk il-kundizzjonijiet - li bihom ma kienx jorbot hwejgu - jorbot hwejjeg haddiehor.

Fil-verifika dwar jekk il-kundizzjonijiet tal-kirja kienux gusti jew le wiehed ried ihares lejn iz-zmien li fih tkun saret il-kirja: "kellha necessarjament tigi stabbilita b'ezami tac-cirkostanzi fattwali meta l-kunsens vinkolanti tal-kontraenti fil-ftehim tal-kiri holoq ir-rabta kontrattwali li biha l-fond ikun gie lokat.

Il-gustizzja ta' dawnil-kundizzjonijiet kellha temani mill-fatt illi kien obbligu ta' min kellu f'idejh proprjeta` b'titolu temporanju u kien qieghed jikkoncediha lit-terz b'titolu ta' kiri, b'mod li b'tali negozju seta'kien qed jorbot lis-successuri tieghu fit-titolu, illi jagixxi uti bonus pater familias u li jassigura li dak in-negozju ma jkunx pregudizzjevoli ghall-interessi ta' min kellu jissuccedih, f'dan il-kaz ta' l-atturi. Il-gustizzja tal-kundizzjonijiet kellha wkoll naturalment tkun inter alia riflesstan-natura tan-negozju, tar-rejaltajiet ekonomici ezistenti fil-mument meta dan jigi konkjuz, taz-zmien meta sar il-ftehim in relazzjoni ma' dak li fih il-lokatur kellu jgawdi l-fond, ta' l-istat ta'dritt li kien jezisti allura u li kien jirregola l-kiri tal-fond tax-xorta taht ezami u li iddefinielu l-potenzjal ekonomiku tieghu. Dan b'mod li wiehed ikun jista' jghid illi min kien qed izomm il-haga b'titolu temporanju kien, bil-ftehim, qieghed jaghmel att ta' amministrazzjoni gusta tal-proprjeta` li fl-ahhar mill-ahhar kienet ta' haddiehor.

Filwaqt li kellhom ikunu l-kritejri tangibbli, marbuta maz-zmien meta tkun saret il-kirja, li kellhom jiddeterminaw il-verifika tal-gustizzja tal-kundizzjonijiet li tahthom tkun saret il-kirja, l-apprezzamment ta' dawk il-kriterji kien ghal kollox imholli f'idejn il-Qorti. Apprezzament li kellu jkun wiehed oggettiv, kemm jista' jkun bazat fuq elementi fattwali, imma li mhux eskluz illi jkun jinvolvi wkoll indagini soggettiva dwar l-elementi li jkunu iddeterminaw l-"idem placitum consensus" meta jkun gie finalizzat il-ftehim tal-kiri.

Il-gustizzja tal-kundizzjonijiet kellha allura tigi stabbilita` minn ezami komplessiv tal-ftehimkollu tal-kiri u tal-kundizzjonijiet kollha li ghalihom ikun suggett. Il-ligi ma torbotx il-gustizzja tal-kiri ma' xi element partikolari, bhall-quantum tal-kera (anke jekk dan kien element essenzjali tal-lokazzjoni), jew id-dritt ta' sullokazzjoni, jew l-obbligu li jsiru benefikati. It-test verukellu jkun fir-risposta ghad-domanda jekk il-ftehim, fil-komplessita` tieghu, kienx jitqies vantaggjuz mis-successur fit-titolu li kieku kien qed jaghmlu hu flok il-lokatur. Minn dan seta' jigi stabbilit jekk il-kirja kienitx taht kundizzjonijiet gusti jew ingusti. Dan ifisser ukoll li min kellul-fond f'idejh b'titolu temporanju kellu fil-mument meta ikkonceda l-fond b'titolu ta' kera, jissalvagwardja mhux biss l-interessi tieghu, imma wkoll l-interessi tas-successuri tieghu fit-titolu. Naturalment sakemm dan kien umanament u ragonevolment possibbli u kredibbli u dejjem jekk kien il-hsiebtieghu li l-kuntratt ta' kiri li jkun ghamel kellu jorbot lis-successuri tieghu fit-titolu. Altrimenti kien liberu li jiddisponi kif ried minn dik li f'dak iz-zmien kienet proprjeta` tieghu, fis-sens li seta' jiddisponi kif ried minn dik li f'dak iz-zmien kienet proprjeta` tieghu, fis-sens li seta' jiddisponi minnha liberament favur terzi fil-limiti bil-ligi stabbiliti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info