Reference: 127/1997/2

Judgement Details


Date
28/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE ANTON
Parties
GOURMET COMPANY LIMITED ET vs VELLA MARIANO
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, DISPOSIZZJONIJIET KONTRA XULXIN - RITRATTAZZJONI, ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI TAL-KAWZA
Summary
L-Artikolu 811(l) tal-Kap. 12 jipprovdi ghal ritrattazzjoni li:

"Jekk is-sentenza kienet l-effett ta' zball li jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza.

Ghall-finijet ta' dan il-paragrafu, jitqies li hemm dak l-izball, fil-kaz biss li d-decizjoni tkun ibbazata fuq is-suppozizzjonita' xi fatt li l-verita` tieghu tkun bla ebda dubju eskluza, jew fuq is-suppozizzjoni li ma jezistix xi fatt, li l-verita` tieghu tkun stabbilita pozittivament, basta li, fil-kaz-il wiehed u l-iehor,il-fatt ma jkunx punt kkontestat illi jkun gie deciz bis-sentenza."

L-izball irid ikun zballmaterjali ta' fatt u mhux zball ta' kriterju jew ta' interpretazzjoni.

Fit-tieni lok, irid ikun zball li jkun jirrizulta mill-atti u dokumenti tal-kawza, liema zball irid ikun wiehed manifest.

Fit-tielet lok, mhux kull zball ghandu jwassal necessarjament ghall-possibilita` ta' ritrattazzjoni ghax tali zball jehtieg li jkun wkoll iddetermina d-decizjoni tal-gudikant, jigifieri li l-istess zball ikun ikkostitwixxa l-fundament ewlieni tas-sentenza.

Ghalhekk, isewgi li ma jkunx hemm verament lok ghar-revoka tas-sentenza jekk din, ghalkemm possibilment vizzjata minn xi zball ta' fatt manifest, tkun tista' tigi xorta wahda sorretta b'ragunijiet ohra ndipendenti minn dik li tkun zbaljata. Fir-raba' u l-ahhar lok l-ezistenza o meno ta' fatt li fih manifestament ikun zbaljat il-gudikant ma jridx ikun punt ta' kontroversja, jigifieri punt kontradett u dibattut bejn il-partijiet li fuqu s-sentenza tkun ippronunzjat.

Il-gurisprudenza taghna dejjem ghallmet li r-rimedju tar-ritrattazzjoni huwa wiehed straordinarju, inkwantu jikkostitwixxi deroga ghall-principju fundamentali li l-gudikat jikkostitwixxi l-ligi bejn il-kontendenti u dan indipendentement mill-fattjekk dak il-gudikat jirrispekkjax kompletament il-verita` jew il-gustizzja. Ir-Rumani kienu jesprimu dan il-kuncett bil-massima res judicata pro veritate habetur.

L-Artikolu 811 (i) tal-Kap 12jipprovdi ghal ritrattazzjoni "Jekk fis-sentenza jkun hemm disposizzjonijiet kontra xulxin."

Il-kontradizzjoni li tissemma' fil-ligi trid tirrizulta fid-dispozittiv tas-sentenza u mhux fil-konsiderazzjonijiet, anke jekk dawn ta' l-ahhar jistghu jkunu relevanti biex jitfghu dawl u jidentifikaw tali kontradizzjoni. Il-kontradizzjoni trid tkun tax-xorta li tippregudika l-ezekuzzjoni tas-sentenza in kwantu toffuska d-decizjoni tal-Qorti. Hu proprju ghalhekk li kien gie ritenut illi dan is-subinciz ma setax ikollu applikazzjoni fejn is-sentenza kienet tikkontjeni dispozittiv wiehed.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info