Reference: 328/1991/1

Judgement Details


Date
28/01/2005
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
BORG TARCISIO vs SEGRETARJU PARLAMENTARI GHALL-AMBJENT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - PRINCIPJI REGOLATURI
Summary
Is-setghat ta' l-Istat li jesproprija hija dejjem soggetta ghal verifika mill-organi gudizzjarji.

Huwa l-obbligu ta' l-Istat li jkun qed jesproprija li jipprova li dak l-espropriju jkun qed isir, inter alia, fl-interess pubbliku. Dan l-interess pubbliku jrid jibqa' jissussisti sal-mument metal-art tkun defenittivament ghaddiet f'idejn l-Istat bil-konkluzjoni tal-proceduri ta' esproprijazzjoni.

L-interess pubbliku qatt ma jista' jirreferi ghal interess essenzjalment privat. "L-interess huwa dejjem privat," kif spjegat dik il-Qorti, "meta m'ghandux applikazzjoni ghal generalita` tac-cittadini, ta' l-universalita` tal-pubbliku fl-Istat". Jekk ma jigix precizat sew il-kuncett ta'l-interess pubbliku, allura dana l-"interess pubbliku" jista' jintuza biex jimmina d-drittijiet fondamentali u l-libertajiet tal-bniedem kif protetti bil-Kostituzzjoni u, semble, bil-Konvenzjoni Ewropea.

Irid ikun hemm ukoll proporzjonalita` bejn l-ghan li jkun irid jintlahaq (bil-privazzjonital-possediment ta' dak li jkun) min-naha u l-protezzjoni tad-dritt fondamentali ta' l-individwu min-naha l-ohra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info