Reference: 523/2002/1

Judgement Details


Date
12/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DALMAS IRIS vs DALMAS JOSEPH MONS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROVA, HTIEGA LI TITRESSAQ L-AHJAR PROVA - META DAN MA JKUNX POSSIBBLI - PROVA, KIF TISTA` SSIR
Summary
Hi regola ben assodata illi meta ma tistax issir il-prova solita, u meta jkun hemm cirkostanzi partikolari u specjali li jistghu jispjegaw ghaliex ma tistax isir, hu dmir tal-gudikant li jirricerka provi ohra li jissodisfawh.

Fatt jista' jigi provat bil-mezzi kollha ammessi u rikonoxxuti mid-dritt probatorju, jigifieri kemm bi provi diretti, bhal dokumenti (Artikolu 627 et seq., Kapitolu 12) u xhieda (Artikolu 563 et seq., Kapitolu 12) u l-ammissjoni (Artikoli 693 sa 695 ta' l-istess Kapitolu 12), kif ukoll bi provi ndiretti bhal ma huma l-prezunzjonijiet (Artikoli 1234 u 1235, Kodici Civili) u l-indizji li kapaci jikkonvincu lill-gudikant;

Li kieku kien differentement dan kienigib ghas-sitwazzjoni assurda illi kull darba li tkun tonqos il-prova dokumentali min hu gravat bil-piz taghha ma jkunx jista', xort' ohra, jsostni l-bazi ta' l-azzjoni jew ta' l-eccezzjoni. Invece,kif saput, l-effikacja probatorja kapaci tirrizulta b' xi mezz iehor. Ad exemplum, fil-kaz ta' ricevuta jew ta' xi dokument introvabbli. Dan anke fejn il-ligi tezigi dawn il-provi skritti "ad probationem vel substantiam".

Il-principju tal-piz tal-prova ma jfisserx illi d-dimostrazzjoni tal-fatt, kostituttiv ta' dritt vantat u pretiz, trid tigi rikavata eskluzivament minn prova wahda, u dik biss. Hu sew maghruf illi wiehed jista' jutilizza elementi ohra probatorji akkwiziti mill-process. Fl-ordinament guridiku taghna, kif gja fuq espress, ivigi l-principju illi r-rizultanzi istruttorji jistghu jigu ottenuti b' kull mod purke dawn iservu ghall-formazzjoni u konvinciment tal-gudikant. Xejn ma hu eskluz, lanqas l-utilizzazzjoni ta' xi prova fornita mill-kontroparti. L-importantihu li l-parti fil-proceduri tipprova u ssostni l-fatt li hu ghab-bazi tad-dritt taghha;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment