Reference: 124/2004

Judgement Details


Date
05/11/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs RAYMOND BAJADA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ATT DWAR ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI, DEFINIZZJONI TA` ISTITUZZJONI FINANZJARJA
Summary
L-Artikolu 3(1) tal-Kap. 376 (Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji) jipprovdi hekk:

"Ebdakummerc ta' istituzzjoni finanzjarja ma' ghandu jsir f'Malta jew minn Malta hlief minn kumpannija lijkollha licenza moghtija taht dan l-Att mill-awtorita` kompetenti."

Il-ligi tiddefinixxi "istituzzjoni finanzjarja" fl-Artikolu 2 tal-Kap. 376. Qabel l-1 ta' Ottubru, 2002 din id-definizzjonikienet taqra hekk:

" 'istituzzjoni finanzjarja' tfisser kull persuna li x-xoghol regolari jew kummerc regolari taghha huwa li twettaq: (a) xi wahda mill-attivitajiet elenkati fl-Iskeda li tinsab ma' dan l-Att, (b) kull attivita` ohra hekk stabbilita mill-Ministru b'ordni publikat fil-Gazzetta li jemenda l-Iskeda li tinsab ma' dan l-Att, akkont u ghar-riskju tal-persuna li tkun qed twettaqdak il-kummerc." (sottolinear ta' din il-Qorti).

Mill-1 ta' Ottubru, 2002 id-definizzjoni giet taqra hekk:

" 'istituzzjoni finanzjarja' tfsser kull persuna li b'mod regolari jew abitwali tikseb holdings jew twettaq xi attivita` mnizzla fl-Iskeda akkont u ghar-riskju tal-persuna li tkun qed twettaq dik l-attivita`." (sottolinear ta' din il-Qorti).

L-ewwel attivita` li hemm imnizzla fl-Iskeda - u din l-Iskeda ma inbidlitx minn mindu giet fis-sehh il-ligi fl-1994 - hija dik ta' "self", evidentement self ta' flus.

bejn l-ewwel u t-tieni definizzjoni ta' "istituzzjoni finanzjarja" kien hemm biss spostament ta' enfazi: filwaqt li fid-definizzjoni ta' qabel l-1 ta' Ottubru, 2002 l-enfazi kienet fuq il-fatt li l-attivita` ta' self ta' flus kienet tkun ix-xoghol jew kummerc, jew parti mix-xoghol jew kummerc, regolari ta' dak li jkun (mhux neccessarjament, pero`, ix-xoghol jew kummerc principali), fit-tieni definizzjoni l-enfazi giet spustata ghall-"frekwenza" -- regolarita` jew abitwalita` -- li biha dak li jkun isellef flus, irrispettivament minn jekk dan isirx bhala xoghol jew kummerc, jew parti mix-xoghol jew kummerc, ta' dak li jkun. Dak li certament il-legislatur ma riedx li jolqot, sia taht l-ewwel kif ukoll taht it-tieni definizzjoni, huwa lil min jislef il-flus lil haddiehor ghax darba kultant tigih l-okkazjoni li jaghmel hekk; il-legislatur ried, ghal kuntrarju, jolqot lil min jaghmel tali self b'dak il-mod u b'dik il-frekwenza li meta tarah tghid, bejnek u bejn ruhek, "dan sar qisu bank!" Fl-ahhar mill-ahhar, ghalhekk, u fin-nuqqas ta' definizzjoni aktar preciza da parti tal-legislatur, hu rimess ghall-buon sens tal-gudikant biex jara jekk dak li jkun wettaq l-imputat jammontax ghal kummerc ta' istituzzjoni finanzjarja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info