Reference: 205/2001/1

Judgement Details


Date
20/05/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BORG AGNES vs ZAMMIT CHARLES ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SUCCESSJONI, AZZJONI TAL-LEGATARJU SABIEX JIGI IMMESS FIL-PUSSESS TAL-LEGAT IMHOLLI LILU - SUCCESSJONI, LEGAT TA` HWEJJEG TA` HADDIEHOR - META L-WERRIETA IKUNU FIL-PUSSESS TAL-OGGETT TAL-LEGAT - SUCCESSJONI, META L-OGGETT TAL-LEGAT IKUN FIL-PUSSESS TAL-LEGATARJU - SUCCESSJONI, META WIEHED MIL-WERRIETA JAGHMEL BENEFIKATI FL-OGGETT TAL-LEGAT
Summary
L-artikolu 696(1) tal-Kodici Civili jghid hekk:

"Il-legat tal-haddiehor ma jiswiex, hlief jekk ikun hemm iddikjarat fit-testment illi t-testatur kien jaf li l-haga kienet ta' haddiehor u mhux tieghu; f'dan il-kaz il-werriet jista' jaghzel jew li jakkwista l-haga mhollija b'legat sabiex ighaddiha lil-legatarju, jew li jhallas lil-legatarju l-valur gust taghha".

Mhux mehtieg, anke jekk l-oggett ikun f'idejn terzi barranin, li l-legatarju jitlob fil-kawza jew il-pussess jew il-valurtal-legat, ghax dina hija ghazla imhollija f'idejn il-werrieta, u huma dawn, jekk jigu azzjonisti mil-legatarju ghall-immissjoni fil-pussess, li ghandhom jaghmlu l-ghazla jekk l-oggett ma jkunx gia fil-pussess taghhom. L-ghazla hija mixhuta fuq l-eredi, u mhux mehtieg tigi invokata jew mitluba mil-legatarju.

Inoltre, minn qari ta' dan l-artikolu, jidher car li l-werrieta jkollhom dik l-ghazla f'kaz biss li l-oggett ma jkunx gia fil-pussess taghhom, ghax hu f'dak il-kaz biss li huma jistghu jezercitaw l-ghazla billi jew jakkwistaw l-oggett jew ihallsu l-valur tieghu. Jekk l-oggett ikungia fil-pussess taghhom, huma jitqiesu li jkunu gia "akkwistawh" u kwindi ma tistax tigi invokatal-alternattiva li jhallsu l-valur tal-istess oggett. L-oggett ta' legat li jkun fil-mument tal-mewttat-testatur, fil-possess tal-werrieta, irid jigi konsenjat lil-legatarju u, f'dawk ic-cirkustanzi,il-werrieta ma jkollux l-ghazla kontemplata fl-artikolu 696 tal-Kodici Civili.

Il-fatt li l-legatarju jista' gia jkollu l-pussess fiziku ta' wiehed mill-fondi, ma jcahhdux mid-dritt li jitlobl-immissjoni fil-pussess formali li, trattandosi ta' hwejjeg immobbli, trid issir b'att pubbliku. Inoltre, l-fatt li saru diskussjonijiet bi skop li jintlahaq ftehim, ukoll ma jtellifix dan id-dritt.

Il-fatt li xi wiehed mill-werrieta seta' ghamel xi xoghol fil-postijiet a spejjez tieghu, mhux rilevanti ghal fini ta' kawza fejn il-legatarju jitlob l-immissjoni fil-pussess, u kwalunkwe xogholijiet li setghu saru, jekk saru, m'ghandux izomm lil-legatarju milli jinghata l-pussess tal-legat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info