Reference: 315/2000/1

Judgement Details


Date
07/05/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
GASAN MAMO INSURANCE AGENCY LTD NOE ET vs SALVU SCHEMBRI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, META SEWWIEQ JOSTAKOLA L-KARREGGJATA TA` SEWWIEQ IEHOR - KOLLIZJONI, META VETTURA TAQSAM ARTERJA PRINCIPALI - KOLLIZJONI, META VETTURA TKUN DIEHLA GO TRIQ SEKONDARJA MINN TRIQ PRINCIPALI
Summary
Dan kien kaz fejn zewg vetturi kienu gejjin minn direzzjonijiet opposti fl-istess triq. Il-konvenutried jidhol fi triq laterali fuq il-lemin tieghu u biex jaghmel hekk hu qasam il-karreggjata ta' l-attrici.

L-attrici inhasdet meta rat lill-konvenut jaqsam quddiemha, u baqghet diehla fih ghaxma kellhiex hin u spazju bizzejjed biex tevita l-impatt.

Il-Qorti irriteniet li mill-mod kifsehh l-incident jidher car illi l-htija hija kollha tal-konvenut. Dan ma kienx kaz fejn, meta l-konvenut beda l-manuvra li jaqsam il-linja ta' traffiku li kellu precedenza, l-attrici kienet ghadha ma tidhirx izda lahqitu ghax kienet qieghda ggerri wisq; kien kaz fejn il-konvenut ra lill-attrici gejja lejh, izda ghamel kalkolu zbaljat li seta' jizgicca qabel ma tilhqu. Hekk il-konvenut naqas mill-obbligu li, qabel ma jaqsam quddiem traffiku li ghandu l-precedenza, jara li ma jaghmel xejn li lil dak it-traffiku jgieghlu jibdel id-direzzjoni jew il-velocità biex jevita l-habta.

Mhix wisq relevanti l-kwistjoni jekk il-konvenut setax, f'dik il-parti tat-triq, jikser lejn il-lemin kif ghamel meta hemm sinjal li jipprojbixxi liwi lejn il-lemin. Ghaliex ukoll jekk il-manuvra li ghamelil-konvenut kienet lecita, xorta ma setax jaghmilha fil-waqt li ghamilha, meta b'hekk fixkel traffiku li kellu precedenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info