Reference: 824/2001/1

Judgement Details


Date
28/04/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PACE MARIA ARMLA TA' PAUL vs PACE ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMMODAT, ELEMENT TAL-GRATUWITA` - KOMMODAT, ELEMENTI TA` - KOMMODAT, JAMMONTA GHAL LOKAZZJONI META JSIR BI HLAS TA` FLUS - KOMMODAT, KONTRO-PRESTAZZJONI - KOMMODAT, KONTRO-PRESTAZZJONI - SERVIGI - LOKAZZJONI, PRESTAZZJONI TA` SERVIGI MA TOHLOQX LOKAZZJONI - ZGUMBRAMENT, OKKUPAZZJONI BIS-SAHHA TA` KUNTRATT INNOMINAT
Summary
B'ligi espressa l-kommodat hu definit fl-Artikolu 1824 bhala dak il-kuntratt "li bih wahda mill-partijiet tikkunsinna haga lill-parti l-ohra, sabiex din tinqeda biha, bla hlas, ghal zmien jew ghall-uzu determinat, bl-obbligu ta' dak li jirceviha li jrodd il-haga nfisha".

Il-karattru essenzjali tal-kommodat huwa l-gratuwita tal-prestazzjoni tal-haga.

Tali kuntratt, meta verament jezisti, jimponi fuq il-kommodant l-obbligu li jassigura t-tgawdija da parti tal-kommodatarju ghaz-zmienkollu miftiehem. Il-kommodatarju, bhall-inkwilin, ghandu d-dritt li jinqeda bil-haga sakemm juzaha skond dak miftiehem.

"L-ezistenza taz-zmien hija mportanti, ghaliex bejn il-'comodatum' u l-'precarium' id-differenza tikkonsisti precizament fiz-zmien iffissat. Meta hemm konvenut iz-zmien, il-kuntratt jissejjah 'comodatum'; meta ma hemmx iz-zmien jissejjah 'precarium'.

Anke pero` minghajr il-fattur zmien il-kommodat ma jiznaturax ruhu f'prekarju ghaliex il-ligi tikkontempla l-ezistenza tal-kommodat "ghall-uzu determinat" u dan ma jispiccax skond l-Art. 1835 "sakemm il-haga tibqa'sservi ghall-uzu li ghalih giet mislufa.

Ghall-finijiet ta' din il-kawza dak li jidher li jikkoncerna l-aktar dan il-gudizzju jirrigwarda certament il-konsiderazzjoni tal-gratuwita, element essenzjalissimu tal-kommodat. Fuq dan il-punt jidher li hu ormai pacifiku, a differenza ta' dak riskontrat f'certi sentenzi antiki, illi l-ezistenza tal-kommodat teskludi kwalsiasi kumpens, inkella, jekk fil-kaz li l-uzu tal-haga jigi moghti b'korrispottiv, dan jezula l-kommodat, u tissubentra, generalment, il-figura tal-lokazzjoni.

Dan premess, huwa konkordament ricevut anke fil-gurisprudenza illi l-prestazzjoni ta' xoghol u ta' servigi ma tohloq l-ebda rapport ta' lokazzjoni ghax dan hueskluz mid-definizzjoni li l-ligi taghti lill-"kiri" fl-Artikolu 1526 (1) tal-Kodici Civili.

Maggorment dan hu hekk fil-kaz tal-kommodat minhabba l-element insit fih tal-gratuwita`.

Ingenerali, fir-relazzjonijiet normali bejn missier u uliedu kbar li jibqghu jghixu mieghu bhala familja wahda fl-istess dar, ma jistax jigi ravvizat kuntratt ta' kommodat.

Il-kuntratt li bih wahda mill-partijiet taghti lill-ohra t-tgawdija ta' haga ghal korrispettiv li ma jikkonsistix f'sommata' flus, jew korrispettiv iehor bhal sehem mill-frottijiet izda minn oggetti mobbli u immobbli li jinghataw kemm bi proprjeta` jew bi tgawdija jew b'servigi, ma tammonatax ghal lokazzjoni proprja izda tammonta ghal kuntratt innominat.

Jekk il-kommodatarju jkun obbligat ihallas korrispettiv allura l-kuntratt bejnu u l-kommodant ma jibqax wiehed ta' kommodat izda jsir kuntratt ta' lokazzjonijew inkella kuntratt atipiku. Fil-kaz ta' hlas ta' servigi l-kuntratt huwa necessarjament wiehed atipiku.

Il-kuntratt atipiku jista' jigi mitmum billi jimghata kongedo.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info