Referenza: 722/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/03/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FARRUGIA TEREZA ET vs CAMILLERI GIUSEPPE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DIVIZJONI, DIVIZJONI PARZJALI TIRREKJEDI FTEHIM BEJN IL-KONDIVIDENDI - DIVIZJONI, FID-DIVIZJONI TA` ASSI EREDITARJI IRIDU JIPPARTECIPAW IL-PARTIJIET KOLLHA INTERESSATI - DIVIZJONI, FID-DIVIZJONI TA` ASSI EREDITARJI JRIDU JINGIEBU FIL-QASMA DAK KOLLU LI JIDHOL F`DAWK L-ASSI - ECCEZZJONIJIET, INTEGRITA` TAL-GUDIZZJU - SELECTA UNA VIA NON DATUR RECURSUS AD ALTERAM
Fil-Qosor
Hawnhekk l-atturi appellanti fittxew lill-konvenuti sabiex jottjenu divizjoni ta' ghalqa partikolarimqabbla li kienet gejja mill-wirt tal-omm tal-partijiet fil-kawza. Fiha l-konvenuti eccipew in linea preliminari li mhiex possibbli divizjoni parzjali. F'dan allura kienet tikkonsisti l-obbjett tad-domanda tal-atturi, u dik tad-difiza sostenuta mill-konvenuti appellati.

Indubbjament l-eccezzjoni moghtija hija l-effett tar-regola tal-azzjoni "familae erciscundae" tad-dritt Ruman li bis-sahha taghha ma jistghux jigu spigolati beni individwali ndivizi ghall-finijiet ta' divizjoni parzjali.

L-"actio familae erciscundae" tolqot "omne jus quod defunctus habuit" u dan bla distinzjonijekk kienx dritt personali jew 'in rem'. Li jfsiser li fil-likwidazzjoni jidhlu l-assijiet kollhakemm jekk b'titolu ta' proprjeta` jew ta' kera. Ghaldaqstant "mhux lecitu li wiehed jispigola partiminn assi ereditarju u jitlob gudizzju fuq dawk il-beni hekk spigolati u singoli imma ghandu jitlobil-likwidazzjoni tal-assi kollha". Dan sahansitra "sal-punt li ma humiex permessi procedimenti separati, lanqas preamboli jew preparatorji, fuq sustanzi komponenti l-istess wirt".

L-uniku mezz li kien ikun validu ghall-effettwazzjoni ta' qasma parzjali kien ikun il-kunsens unanimi tal-kollitigianti - f'liema kaz biss ir-regola li divizjoni parzjali mhix ammissibbli ccedi l-kamp di fronteghall-volonta` unanimi ta' l-interessati.

Il-principju tal-"Electa una via" li mhux miktub f'termini generali u pozittivi f'ebda ligi, sew antika sew gdida, gie mill-interpreti tad-Dritt Rumanaffermat bhala konsegwenza ta' hafna testi partikulari, li kienu assumewh bhala regola ta' dak li kien gie dispost minnhom. Skond dawn l-istess testi differenti, dawk li nterpretaw l-istess Dritt Ruman holqu l-principju li fil-konkors alternattiv ta' hafna azzjonijiet, l-ezercizzju ta' wahda minnhom tolqot u testingwi l-azzjonijiet l-ohra.

Gjaladarba si tratta minn kwistjoni li l-meritu taghha jirrigwarda divizjoni ta' wiehed mill-assi, il-presenza fil-proceduri tal-ulied kollha kompartecipi u interessati fl-eredita` hi essenzjali. Dan indipendentement minn kull xorta ta' difiza jewreklam ta' pretensjonijiet li uhud minnhom jistghu jivvantaw fir-rigward ta' xi ass partikolari.

Ir-ragion d'essere ta' eccezzjoni ta' nuqqas ta' integrita` tal-gudizzju tistrieh fuq tliet konsiderazzjonijiet principali: l-ewwel wahda hija li, ghall-ahjar gudizzju tal-Qorti, ghandhom jippartecipaw fih dawk kollha li huma nteressati, it-tieni, sabiex tigi assigurata kemm jista' jkun l-effikacita` tal-gudizzju, in kwantu dan jorbot biss lil dawk il-persuni li jkunu pparticipaw fl-istess gudizzju; u t-tielet, biex jigi rispettat il-principju tal-ekonomija tal-gudizzju sabiex ma jkunx hemmil-bzonn li l-istess procedura tigi ripetuta kontra l-persuni kollha interessati fid-diversi kawzibilli dawn ma jkunux hadu parti f'gudizzju wiehed.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni