Reference: 1890/2001/1

Judgement Details


Date
18/02/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BANK OF VALLETTA PLC vs MICALLEF CARMEL RAY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO CAMBIARIA, OBBLIGAZZJONIJIET INDIPENDENTI - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, KAMBJALA - KAMBJALA, ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA - KAMBJALA, GIRATA - KAMBJALA, NOVAZZJONI - KAMBJALA, OBBLIGAZZJONI AWTONOMA TINHOLOQ MAL-GIRATA - KAMBJALA, TRAENT INEZISTENTI
Summary
Meta kambjala tigi girata, it-terz possessur ghandu dritt jagixxi fuq dak li jidher "on the face" tal-kambjala; kambjala girata takkwista ezistenza awtonoma u titqies bhala obligazzjoni fiha nfisha indipendenti mill-obbligazzjoni li wasslet ghal-hrug taghha. Is-sitwazzjoni kienet tkun differenti kieku l-kambjala ma kienetx giet girata, izda baqghet fil-patroncinju tal-kreditur tal-obbligazzjoni,ghax f'dik is-sitwazzjoni l-kambjala ma jkollhiex ezistenza awtonoma, imma titqies biss bhala provatal-"underlying obligation" li tista' tkun mistharga mill-Qorti f'azzjoni tal-kontraent / kreditur li jagixxi a bazi tal-kambjali.

Meta kambjala tibqa fil-patrimonju tal-kredituri tal-obbligazzjoni (cioe` ma tigix girata), ma takkwistax natura awtonoma indipendenti mill-obbligazzjoni li tat lok ghall-istess kambjala. Hu biss meta l-kambjala tkun girata li din takkwista valur "on the face of it", u allura ikun dipendenti fuq dak li johrog u jidher mill-kambjala stess. Kambjala, kif inhumaghruf, ma tohloqx novazzjoni, u meta tibqa f'idejn il-parti kontraenti ma tistax tigi distakkata mill-obbligazzjoni originali.

L-iskop ta' kambjala hija li tista tigi girata malajr u meta tigi girata takkwista karattru awtonomu. Minghajr kambjala, kreditur jista jaghmel kuntratt ta' cessjoni ta' dritt taht il-ligi civili, pero`, fil-konfront tat-terz akkwirent, id-debitur xorta jkun jistajissolvela eccezzjonijiet li jolqtu n-negozju. Ghalhekk, ghall-kreditur, dan id-dritt ta' cessjonima tantx hu effettiv ghax ma tantx issib nies lesti jiehdu kreditu ta' haddiehor, u fl-istess hin jibqghu esposti ghall-kwistjonijiet inerenti ghal-obbligazzjoni li ghalih ma kienux parti. Ghalhekkinholqot il-kambjala. Peress li minn jixtri kambjala, qed jixtri titolu ta' kreditu awtonomu, jaf li kwistjonijiet naxxenti mill-obbligazzjoni li waslet ghall-dak il-kreditu, jibqghu estranei ghalih,ghax hu, bhala terz akkwirent, jista jfittex biss fuq il-kambjala. Bejn il-partijiet, pero`, il-kambjala m'ghandiex ikollha din in-natura ghax il-kambjala tkun biss prova tad-dejn li inholoq bejn l-istess partijiet, u allura l-obbligazzjonijiet reciproci tal-istess partijiet huma rilevanti ghall-kull kawza li ssir ghall-hlas. Fi kliem iehor, azzjoni fuq kambjala bejn il-partijiet li hargu l-istess, ma tistax timxi wahedha minghajr riferenza ghall-ftehim li wassal ghall-hrug taghha. Il-Qortima tistax tordna lill-B ihallas lill-A fuq kambjala, meta A ma jkunx wettaq l-obbligi tieghu li waslu ghall-hrug ta' dik il-kambjala! (ara ukoll l-artikolu 152 (2) tal-Kodici tal-Kummerc). Il-legislatur Malti ma ghamilx il-kambjala titolu esekuttiv, specifikament biex il-kambjala, diment li tkun ghada fil-pussess tal-persuna favur min inharget, ma tigix uzata bhala magna ta' estorzzjoni, izda minn jitlob hlas fuqha ikun irid jiggustifika t-talba tieghu, ghax altrimenti tista tkun obbligazzjonibla kawza (jekk ma jkunx wettaq id-doveri tieghu) li ma tistax tigi enforzata. Kambjala ma tohloq qatt novazzjoni tal-obbligazzjoni precedenti, u f'kazi simili l-kambjala hija intiza biss biex tiffacilita l-pagament, u mhux ghall-skop iehor - pro solvendo u mhux pro soluto."

Kambjala giratatrid tigi trattata a bazi ta` dak li jidher fuq l-istess kambjala, u meta l-kambjala hija accettatamill-konvenut personalment, l-azzjoni trid issir kontra tieghu u hadd aktar. Fil-fatt, biex tigi accettata s-sottomissjoni tal-konvenut li hu iffirma f'isem kumpanija, jridu jigu accettati zewg presupposti - li l-isem tad-drawee nizel bi zball fuq il-kambjala, fis-sens li kellha tigi indikata s-socjeta` "limited", u li hu iffirma wkoll bi zball, fis-sens li kellu jiffirma "for and on behalf" tal-kumpanija. Dawn iz-zewg presupposti, pero`, ma jirrizultawx mill-kambjala, u biex jigu accettatijkun irid jintrifes il-principju li terz possessur ghandu jkun gwidat biss minn dak li jidher fuq il-wicc tal-kambjala, u jkun ifisser ukoll strapp ghal-principju ta' awtonomia ta' kambjala f'idejn il-giranti.

Lil min tkun indirizzata l-kambjala mhux daqshekk importanti ghat-terz; dak li hu responsabbli ghal-hlas huwa dak li accetta l-kambjala: tieghu hija l-firma importanti u sine qua nonghall-validita` tal-kambjali, u r-relazzjoni tat-terz possessur hija biss ma dik il-persuna li accettat u iffirmat l-istess kambjala. Fil-fatt, hu accettat li, meta tinhareg kambjala, id-drawee ikunghadu outsider, u jsir parti fuq il-kambjali malli jaccetta l-istess obbligazzjoni bil-firma tieghufuq l-istess kambjala. (Artikolu 148 Kodici tal-Kummerc). L-azzjoni kambjarja ghandha hajja ghal kollox indipendenti minn kwalunkwe obbligazzjoni li setghet ippreceditha jew obbligazzjoni li setghetiggenerata. Il-kawza guridika tal-kambjala tassumi karattru indipendenti malli l-kambjala tigi ffirmata u girata, u f'idejn it-terz possessur dik il-firma hija l-qofol tal-obbligazzjoni u, f'idejh,il-kawza guridika gdida tal-kambjala hija identifikata bil-ligi mal-firma li tkun saret fuq il-kambjala.

Ir-responsabilita tad-debitur taht kambjala tohrog mill-firma tieghu. Huwa principju ingliz in materja illi min jiffirma kambjala huwa personalment responsabbli biex jonora l-kambjala, udan sakemm ma jkunx iffirma "for and on behalf of a principal".

Ghall-validita` ta' kambjala,irid ikollok indikazzjoni tad-drawee, izda l-identifikazzjoni tista tirrizulta tramite l-firma tal-accettant, li hi l-qofol tal-obbligazzjoni li tohrog minn kambjala. Jekk xi hadd jiffirma ghal entita` inezistenti, huwa jassumi responsabilita` personali.

Kambjali ghandhom karattru awtonomu uindipendenti min-negozju li seta' ta' lok ghal hrug taghhom. Ghalhekk, jekk dawn ikunu iffirmati minn persuna, l-azzjoni kambjarja tista' issir biss kontra tieghu, u ma tistax tirnexxi kontra s-socjeta' li fil-fatt iffirmat il-kuntratt ta' akkwist, avvolja dik is-socjeta` hi guridikament rappresentata mill-persuna li iffirmat il-kambjali.

L-artikolu 1322(3) tal-Kodici Civili ma jelenkaxil-firma ta' kambjala bhala att ta' ammistrazzjoni straordinarja. Il-lista tal-atti straordinarja hija wahda kompluta, u ma tistax tigi estiza biex tkopri attijiet mhux hemm imfisra. Huma biss dawkl-atti elenkati fl-artikolu 1322(3)(a) sa (m) li ghandhom jitqiesu ta' natura straordinarja u, ghalhekk, ghandhom ukoll jinghataw interpretazzjoni restrittiva. Min imkien mis-subinciz (3) tal-artikolu 1322 l-att li ta' lok ghal din il-kawza ma jista jikwalifika bhala att ta' amministrazzjoni straordinarja, u, kwindi, ma kienx mehtieg il-firma ukoll ta' mart il-konvenut fuq il-kambjali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info