Reference: 140/1999/1

Judgement Details


Date
11/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ABELA JOHN vs MICALLEF JOSEPH PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, GARAGE JIKKOMPRENDI MAHZEN GHALL-UZU KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, IL-BZONN MA JINTITOLAX LIS-SID GHAR-RIPRESA TA` FOND KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` MAHZEN - LOKAZZJONI, PROTEZZJONI TA` KIRJA TA` MAHZEN TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, RELEVANZA TAD-DESKRIZZJONI TAL-FOND FIL-KTIEB TAR-RICEVUTI
Summary
Huwa pacifiku illi l-kelma adoperata fil-librett tar-ricevuti mhiex dejjem hi konferma ta' dak li fil-fatt hu jew tar-realta` tal-ftehim tal-kirja. Hu accettat ukoll illi fiha nfisha l-kelma 'garage'ma ghandiex necessarjament kontenut legali. Xejn ma jeskludi allura illi garage jigi uzat bhala store. Kollox jiddependi mill-ftehim bejn il-partijiet.

Is-semplici deskrizzjoni tal-fond mhiex konkluziva tal-uzu li ghalih il-fond ikun gie mikri, imma kollox jiddependi mic-cirkostanzi u mill-intenzjonijiet tal-partijiet. B'mod illi jekk il-fond jissemma bhala garage, mhux necessarjament ghandu jitqies li gie mikri bhala garage sempliciment ghax il-kirja tissejjah hekk, imma ghandu jitqies garage ghax ic-cirkostanzi juru, u l-hsieb tal-partijiet kien, li l-fond jinkera bhala tali.

Jekk, imbaghad, dan il-ftehim ma jistax jigi ugwalment stabbilit x'kien, jghoddu allura l-fatti li jirrizultaw mill-provi.

Anke kieku dan ma kienx hekk il-kaz huwa wkoll daqstant iehor pacifiku illi ma hemm xejn x'jimpedixxi illi patt originarju dwar l-uzu jigi varjat jew rinunzjat bil-kunsens, anki tacitu, tal-partijiet.

Fond li hu mikri ghal skopijiet kummercjali in kwantu talihu protett bil-ligi specjali (Art 12 tal-Kap 69) u ghalhekk is-sid ma jistax jirriprendi pussess lura tieghu fuq il-kawzali tal-bzonn, ghalih jew ghal xi membri tal-familja tieghu.

Hi gurisprudenza konkordi illi n-non uso ta' fond, hu x'inhu, ghal zmien twil hu parifikat ghal tibdil fid-destinazzjoni tieghu. Biex dan ikun hekk il-kaz hemm bzonn li jghaddi tul ta' zmien valutabbli skond ic-cirkostanzi tal-kaz, u li jkun volontarju u mhux determinat minn xi gustifikazzjoni ragjonevoli.

A tenur tal-insenjament dottrinali, primarjament il-Laurent, jinghad illi "non si usa della cosa secondo la sua destinazione non usandone". Li jfisser illi biex fond ikollu jibqa' jgawdi l-protezzjoni specjali li l-ligi taghti lill-hanut, kif definit fl-istess ligi, jehtieg li dan jibqa' uzatbhala tali. Il-prova kuntrarja trid issir dejjem mis-sid ghax huwa hu li jallega n-non-uso.

Fond kummercjali, kompriz allura 'store', mhux necessarjament jimplika illi dan ikun il-hin kollu miftuh, jew li joffri xi servizz dirett lill-klijenti. Jista' allura negozju jigi kondott mill-fond lima jkunx miftuh ghall-klijentela. Il-ligi ma jidherx li tikkontempla bhala mahzen protett minnha bhala "hanut" kwalunkwe fond fejn wiehed jerfa' xi affarijiet, ikunu x'ikunu, imma aktarx fond fejn jinzammu 'wares" jew "goods" konnessi man-negozju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment