Referenza: 579/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/02/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FARRUGIA GAETANO ET vs MAGRI PHILIP ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI, NATURA U INDOLI GHANDHOM JIGU DEZUNTI MIT-TERMINI TAL-ATT LI BIH JINBDEW IL-PROCEDURI - KOMPETENZA, QORTI TAL-MAGISTRATI GHANDHA KOMPETENZA DWAR RIZOLUZZJONI TA` KUNTRATTI - KOMPETENZA, QORTI TAL-MAGISTRATI GHANDHA KOMPETENZA DWAR VALIDITA` TA` KUNTRATTI
Fil-Qosor
Biex tigi ffissata l-indoli tal-azzjoni li tigi ezercitata wiehed irid ihares mhux tant lejn il-kliem imma lejn dak li sostanzjalment ikun gie mitlub fic-citazzjoni, jigifieri l-fondament u l-oggett tal-pretensjoni fiha dedotta. Fi kliem iehor r-raguni guridika u l-'fundamentum agendi' tal-azzjoniu dak li hu "attualmente domandato" bhala oggett tac-citazzjoni.

Certament fil-limiti tal-kompetenza taghhom, kif stabbiliti fil-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili, l-qrati nferjuri huma hielsa li jissindikaw kemm il-validita` tal-kuntratti, kif ukoll jekk jokkorrux ragunijiet li jiggustifikaw ir-rizoluzzjoni taghhom.

Fiha ssokta jinghad illi "hu ovvju illi, biex qorti tiddeciedi dwar talba ghal zgumbrament jew tkeccija minn fond lokat, hi trid taghmel dan fuq kawzali (jew talba ohra) li tikkontesta l-esistenza jew il-validita` ta' titolu ghal tali okkupazzjoni, fosthomallura ta' kuntratt ta' kiri, inkella dwar it-tmiem taghhom qabel iz-zmien miftiehem. Trid alluratiddetermina jekk jokkorrux cirkostanzi li jiggustifikaw ir-rizoluzzjoni tal-kuntratt u tiddeciedi dwarhom".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni