Referenza: 1644/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/01/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
AZZOPARDI JOSEPH
Partijiet
PERALTA AV DR HUGH NOE vs CREDINVEST INTERNATIONAL CORPORATE FINAN
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, NULLITA` MHUX PRONUNZJATA MILL-LIGI TRID TINTALAB PER VIA DI AZIONE U MHUX PER VIA DI ECCEZZIONE - ECCEZZJONIJIET, NULLITA` TISTA` TIGI SOLLEVATA PER VIA DI AZIONE KIF UKOLL PER VIA DI ECCEZIONE IZDA ANNULABILITA` TISTA` BISS TIGI SOLLEVATA PER VIA DI AZIONE - KUNTRATT, DISTINZJONI BEJN NULLITA` U ANNULLABILITA` - KUNTRATT, NULLITA` TISTA` TIGI SOLLEVATA PER VIA DI AZIONE KIF UKOLL PER VIA DI ECCEZIONE IZDA ANNULABILITA` TISTA` BISS TIGI SOLLEVATA PER VIA DI AZIONE - KUNTRATT, SA META TISTA` TITQAJJEM ECCEZZJONI TA` NULLITA`
Fil-Qosor
Dwar il-kwistjoni jekk nullita` ta` kuntratt tistax tigi sollevata per via di eccezzjoni jew le, hemm consensus fis-sentenzi li per esempju meta n-nullita tkun ope legis l-eccezzjoni tista tinghata.

L-artiklu 1226 tal-Kodici Civili jipprovdi illi: "L-eccezzjoni tan-nullita' tista f' kul lzmien tigi moghitja minn dak li jkun imharrek ghall esekuzzoni tl-kuntratt fil-kazijiet li fihom hu inniffsu seta' jagixxi ghar-rexissjoni."

Kif gia inghad xi sentenzi jiddistingwu bejn nullita' uannullabilita' u din id-distinzjoni jaghmluha l-awturi taljani. Din id-distinzjoni ghal hafna zmiengiet segwita mill-Qrati taghna bhala gustifikazzjoni ghar-regola li meta n-nullita' ma tkunx espressament dikjarata mill-ligi izda tirrizulta biss wara esami serju tal-kaz allura tali kuntratt jistajigi annullat biss mill-Qorti permezz ta' azzjoni.

Hemm pero` gurisprudenza li ssostni li l-ligi taghna ma taghmel ebda distinzjoni tidher li hija sostanzjalment korretta fil-kuntest ta' ammissibilita' ad hoc anke jekk kif fuq accennat il-ligi tipprovdi f'certi kazi ghan nullita' relattiva ta' obligazzjoni. Relattiva fis-sens li tista tigi sollevata biss minn persuna li l-ligi trid espressament tipprotegi.

Ikkunsidrata l-materja b' dan il-mod jidher li l-legislatur ghazel li jiddetermina liema kazijiet kien permess li tinghata l-eccezzjoni ta' nullita u dana lil hinn mill-konsiderazzjoni ta' kuncetti pjuttost astratti. Eccezzjoni ta' nullita' li allura teskludi l-htiega ta' azzjoni ta' dikjarazzjoni ta' nullita' liema rimedju jibqa dejjem miftuh lill-parti interessata fejn ic-cirkostanzi hekk jiggustifikaw.

Hawnhekk giet abbraccjata it-teorija li una volta li l-konvenut jista jagixxi ghan nullita', tali eccezzjoni tista' tinghata u ghalhekk hija ammissibbli. Ghalhekk, il-Qorti sostniet li eccezzjoni li kuntratt kien null ghax kien iffirmat minn persuna mhux awtorizzata kienet ammissibbli.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni