Reference: 643/2001/1

Judgement Details


Date
23/01/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CARUANA MARIKA vs DIRETTUR GENERALI TAL-QRATI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMPETENZA, TISTA` TIDDEPENDI FUQ L-ECCEZZJONI TAL-KONVENUT - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, KOMPETENZA RATIONAE MATERIAE - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, PROCEDURA KORRETTA META ECCEZZJONI TEZORBITA MILL-KOMPETENZA TAT-TRIBUNAL
Summary
Huwa bil-wisq pacifiku illi ma huwiex l-att promotur wahdu li jistabilixxi l-parametri li fihom it-Tribunal kellu jezercita l-gurisdizzjoni tieghu u li allura jiddetermina l-kompetenza tieghu.

Fil-kaz in disamina l-attrici kienet qed tibbaza l-azzjoni taghha fuq ir-rapport tax-xoghol u s-servizz taghha. Servizz li qed jigi ripudjat mill-konvenut fis-sens li qed isostni li l-attrici ma tistax tippretendi skond il-kundizzjonijiet tal-impjieg taghha dak li ghalih ma kienetx intitolata. Servizz fuq kollox mal-Gvern li, kif drabi ohra rikonoxxut, jikkonsisti f'rapport specjali regolat b'disposizzjonijiet specjali specifikatament applikabbli ghalih u b'pattijiet u kundizzjonijiet stabbiliti minn zmien ghal zmien mill-Gvern.

Dan premess, irid jigi sottolinejat ukoll illi l-kompetenza ma tigix meqjusa biss mill-punto di vista tat-talba izda wkoll tal-eccezzjoni.

Hanwhekk i-talba kienet wahda ghall-hlas ta' ammont ta' flus sic et sempliciter. Din it-talba pero` ma setghetx tigi kontemplata izolatament mill-eccezzjoni. Eccezzjoni li minn natura taghha biex tigi investita, kif hekk kien mistenni li jsir, kien jirrikjedi investigazzjoni ta' aspetti li certament majistghax jinghad, imbaghad, li kienu jaqghu fil-kompetenza tat-Tribunal in kwantu t-Tribunal jigi b'hekk u ghal din ir-raguni ezawtorat "ope exceptionis".

Il-kompetenza ma tiddependiex bilforsu unikament mit-talba tal-attur imma tista' tiddependi wkoll, fejn ikun il-kaz, mill-eccezzjoni tal-konvenut.

Jista' jkun ghalhekk illi l-azzjoni ghalkemm inizzjalment tkun ta' kompetenza tat-Tribunal, din ma tibqghax hekk meta vizwalizzata mill-perspettiva ta' l-eccezzjoni.

Dan jista'jigri billi t-Tribunal necessarjament jigi, bhala konsegwenza tal-eccezzjoni u bhala parti mill-process, mitlub biex jiggudika t-talba quddiemu fuq konsiderazzjonijiet li mill-indoli taghhom jeccedul-kompetenza tieghu.

Id-drittijiet civili tal-attrici appellata, importanti kemm huma importanti, ma jgibux ghal daqshekk li t-Tribunal ghandu, jew kellu, jinjora certi principji li jirregolawl-impjieg taghha fis-servizz civili, di fronte ghall-Istat, kif hekk proprju l-istess Tribunal gie invitat jaghmel permezz tal-eccezzjoni fir-rigward u hekk intimament konnessa mal-pretensjoni fit-talba attrici kontenuta. Dan ghall-motiv, illi, kif 'ex abundantia cautelae' imtenni, l-materja riedetnecessarjament tigi trattata, epurata u deciza fl-isfond tal-konsiderazzjonijiet meritu tal-eccezzjoni. Obbligu dan li l-Gudikatur ma setghax jinjorah billi jiddeciedi l-vertenza sempliciment fuq bazi ta' ekwita`.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info