Reference: 1435/2002

Judgement Details


Date
22/12/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
BUTTIGIEG DENISE vs RETTUR TA' L-UNIVERSITA' TA' MALTA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, L-UNIVERSITA` TA` MALTA HIJA AWTORITA` PUBBLIKA GHALL-FINIJIET TA` L-ARTIKOLU 469A TAL-KAP. 12 - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, TALBA GHAD-DANNI TAHT L-ARTIKOLU 469A
Summary
Fis-sistema legali taghna l-kuncett tad-danni huma limitat ghad-danni materjali, u mhux kontemplat fil-ligi l-ghoti ta' danni in linea ta' 'danni psikologici'.

F'azzjoni ghad-danni taht l-Artikolu 469A tal-Kap. 12 danni ma ghandhomx jinghataw mill-qorti meta, minkejja l-annullament ta' l-attamministrattiv l-awtorita' pubblika ma tkun agixxiet in mala fede jew b' mod mhux ragjonevoli jew meta l-azzjoni mitluba mill-attur setghet legalment u ragjonevolment giet michuda taht kull setgha ohra.

It-tests" ta' "unreasonableness" fl-esercizju ta' poteri simili gew enuncjati b' dan il-mod: "If they are manifestly unjust"; "if they disclosed bad faith"; if they could find no justification in the minds of reasonable men".

Ghal dak li jirrigwarda s-setgha tal-Qorti li tistharreg l-operat jew decizjonijiet amministrattiv ghandhu jinghad li llum il-ligi tipprovdi b' mod specifiku ghac-cirkostanzi specjali ta' stharrig bhal dan sa minn ghadd ta' snin ilu, il-Qrati taghna ddecidew li ghandhom gurisdizzjoni jezaminaw u jiddecidu jekk xi awtorita' kompetenti imxietx skond is-setghat tahtja lilha mill-ligi fit-twettieq ta' xi poter ezercitat minnha. Dan jinghad ukoll rigwardl-ezercizzju tas-setghat tahtjin bil-ligi lill-Universita'. Tali gurisdizzjoni tezisti sakemm ma tkunx espressament eskluza, billi d-derogi ghall-gurisdizzjoni ghandhom jitfissru b' mod restrittiv uf' kaz ta' dubbju eskluzi. Bis-sahha tad-dhul fis-sehh ta' l-artikolu 469A gew imfissra ahjar il-parametri ta' tali stharrig u kif ukoll l-awtoritajiet li dwarhom il-Qrati Civili ghandhom is-setgha lijaghmlu stharrig dwar ghemilhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info