Reference: 2359/1998/1

Judgement Details


Date
10/12/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
REGISTRATUR TAL-QRATI SUPERJURI vs BELLOTTI SALVU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, NATURA TAL-PROCEDURI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, TFIXKIL FL-EZEKUZZJONI TA` MANDAT
Summary
L-istitut tar-Rispett lejn l-awtorita' tal-Qorti huwa mahsub proprju biex jissanzjona atti ta' disprezz, fosthom dawn fejn Marixxal jigi mfixkel fl-esekuzzjoni ta' ordni tal-Qorti. Fil-fatt, nonostante li l-proceduri jitressqu bil-mezz tac-citazzjoni u quddiem Qorti ta' gurisdizzjoni civili, dan l-istitut hu ta' natura penali u jgorr mieghu sanzjonijiet u pieni. Kif jidher mill-Artikolu 998 il-persuna li allegatament tikkommetti att ta' disprezz hi kunsidrata bhala li qieghda tigi akkuzata. "Mahemmx bzonn li wiehed jirrileva kemm hu mpellanti l-bzonn li l-ufficjali tal-Qorti, li jmorru biex jezegwixxu l-ordnijiet ta' l-awtorita' gudizzjarja jigu adegwatament protetti. Kien ikun perikolu kbir ghall-amministrazzjoni tal-gustizzja, u fl-istess hin ingustizzja ghalihom, kieku dawn l-ufficjali, li spiss jinstabu f' postijiet dizabitati fil-kampanja fl-esekuzjoni tad-doveri delikati u forsi anki perikoluzi, taghhom, jithallew bla protezjoni ta' l-Awtorita' li ghan-nom taghha jkunu qeghdin jagixxu."

Dan l-Istitut huwa "stabbilit mill-ligi, aktar milli bl-iskop li tigi kustodita d-dinjita' tal-Qorti, biex tigi tutelata l-amministrazzjoni tajba tal-gustizzja". Il-Qorti mhix parti interssata f' dan il-gudizzju. L-imhallef ma' ghandu ebda interess personali fil-meritu tal-procediment. L-uniku interess tal-Qorti u ta' l-Imhallef hu dak li jissussisti f' kull procediment, dak li ssir gustizzja skond il-ligi.

Jehtieg li kulhadd jifhem li biex jinzamm il-bwon ordini fis-socjeta' hadd ma jista' jmur kontra l-ligi. Ordni tal-Qorti ghandu jkun obdut u se mai ghandu jkun jkunkontestat fi proceduri ad hoc; izda certament tali ordni ma tistax tigi injorata. L-Artikolu 279 tal-Kap.12 espressament jiddisponi li hadd ma jista' jaghmel opposizzjoni ghall-esekuzzjoni ta' mandathlief wara li tkun saret l-esekuzzjoni.

Sabiex tikkonfigura opposizzjoni li tati lok ghal proceduri ta' disprezz, mhuwiex mehtieg vjolenza partikolari jew aggressivita' da parti tal-akkuzat, izda huwa bizzjjed kull att li jimpedixxi b' xi mod lill-Marixxal esekutant fl-esekuzzjoni ta' ordnimoghtija lilu mill-Qorti u kull forma ta' ostakolu f' dan is-sens iservi ta' opposizzjoni illecita ghal-istess ordni, u ghalhekk disprezz lejn l-Awtorita' tal-Qorti.

Illi fil-kaz in disamina,il-komportament tal-konvenuta meta din qaghdet quddiem l-oggetti li kellu jeleva l-Marixxal, bir-rizultat li dana ma setghax jelevahom, ikkwalifika bhala tfixkil u ostakolar ta' ufficjal tal-Qorti fl-esekuzzjoni ta' ordni moghtija minnu mill-Qorti u ghalhekk hija sanzjonabbli a tenur tal-Artikolu 997 tal-Kap.12.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info