Referenza: 723/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/12/2003
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
ALLIED NEWSPAPERS LTD vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT TA` ACCESS GHAL-TRIBUNAL GUDIZZJARJU JEW KWAZI-GUDIZZJARJU - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ELEMENTI TAD-DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI TAHT IL-KONVENZJONI EWROPEJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI - META L-PROCEDURA DDUM NUMRU TA` SNIN BIEX TINTEMM - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - PRINCIPJI REGOLATURI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, META L-GVERN MA JIBDIEX PROCEDURI QUDDIEM IL-BORD TAL-ARBITRAGG DWAR L-ARTIJIET - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PROPORZJONALITA` RIKJESTA AI TERMINI TAL-KONVENZJONI EWROPEJA FL-IMPOSIZZJONI TA` KONTROLLI FUQ L-UZU TA` PROPRJETA`
Fil-Qosor
Il-ligijiet li jaghtu s-seta' lill-Istat li jesproprija proprjeta` ta' individwi huma rikonoxxuti bhala mehtiega f'socjeta` demokratika biex jassiguraw l-attwazzjoni ta' zvilupp socjali u ekonomiku fl-interess tal-kollettivita`. L-ezistenza ta' dawn il-ligijiet hi addirittura rikonoxxuta fl-istess Kostituzzjoni (Art. 37(2)) kif ukoll fl-Arikolu 1 tal-l-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea.

Id-dritt moghti lill-Istat li b'ligi jesproprija l-propreta` tal-privat ma hux wiehed assolut u insindakabbli, izda ghandu f'kull kaz jigi ezercitat strettament fil-parametri stabbiliti mhux biss fil-ligi li tawtorizza l-espropriju, imma wkoll fl-osservanza tal-Kostituzzjoni u tal-Konvenzjoni Ewropea. F'dan ir-rigward l-operat ta' l-Istat hu soggett ghall-verifika mill-organi gudizzjarji.

Id-dritt ta' l-espropriju moghti lill-Istat ghandu jitqies li hu eccezzjoni, ossia limitazzjoni tad-dritt fondamentali ta' kull individwu li jgawdi l-proprjeta` tieghu, jew, fi kliem il-Konvenzjoni,tad-dritt ghat-tgawdija pacifika tal-possedimenti tieghu. Dan ifisser li l-jedd ta' l-individwu ghandu jipprevali fejn l-Istat ma jkunx issodisfa adegwatament l-osservanza tad-dettami tal-Kostituzzjoni, tal-Konvenzjoni jew tal-ligi li bis-sahha taghha agixxa. Il-limitazzjonijiet tal-jeddijiet fondamentali, kif enuncjati kemm fil-kostituzzjoni kif ukoll fil-konvenzjoni, kellhom ghalhekk jigu applikati restrittivament fis-sens li f'kaz ta' dubbju dak id-dubbju kellu jmur favur l-individwu u mhuxfavur l-Istat. Dan ma jfissirx, pero`, li fejn l-Istat ghandu margini wiesgha ta' azzjoni dan kellujigi b'xi mod imnaqqas jew imxekkel b'xi process ta' interpretazzjoni.

Kien jispetta lil, u jinkombi fuq, l-Istat li jipprova adegwatament li fil-kaz partikolari li jkun taht ezami kienu jikkonkorru dawk l-elementi sine qua non mehtiega biex jintitolawh jagixxi fil-konfront ta' l-individwu b'mizura, in forza ta' ligi, li tkun ser tipprivah mill-possedimenti tieghu jew mill-uzu taghhom. Galadarba d-dritt ta' l-Istat li jesproprija jew jillimita l-uzu tal-possedimenti ta' l-individwu kien jikkostitwixxi deroga tal-jedd fondamentali u limitazzjoni tieghu, dak id-dritt kellu jigi ezercitatbiss fejn u sa kemm kien necessarju, u dan ukoll peress li hu fuq kollox obbligu primarju ta' l-istess Stat li jirrikonoxxi d-drittijiet fondamentali ta' l-individwu, iwettaqhom u jharishom. Isegwi, ghalhekk, li l-Istat ma jistax bla bzonn ixekkel il-jedd ta' l-individwu ghat-tgawdija tal-possedimenti tieghu, u tali xkiel, fejn mehtieg, kellu mhux biss ikun proporzjonat mal-htigijiet tal-kollettivita` imma wkoll ma kellux jestendi lil hinn mill-htigijiet taghha.

Isegwi il-principju bazilari fejn si tratta ta' esproprjazzjoni li fejn il-process tat-tehid tal-proprjeta` ma jkunx gie konkluz, u allura l-mizura setghet titqies f'dak l-istadju bhala wahda ta' tehid ta' pussess jew regolament ta' uzu ta' proprjeta`, l-Istat kellu l-obbligu li jirrilaxxja l-possediment lill-individwu li jkun proprjetarju tieghu biex igawdih bla xkiel, appena jkun jirrizulta li ma kienitx ghadha tokkorrir-raguni valida u gustifikativa li pprovokat l-azzjoni ta' l-Istat fl-ewwel lok.

Hawnhekk gie ritenut li r-rimedju kellu jkun mhux li d-Dikjarazzjoni Presidenzjali tigi dikjarata nulla u bla effett, stante li meta saret dik id-Dikjarazzjoni kien hemm il-presupposti kollha legali ghall-validita` taghha, izda li dik id-dikjarazzjoni kellha titqies li kienet minghajr effett (dejjem riferibbilment ghall-fondi in kwistjoni) ghall-finijiet u effetti kollha tal-ligi, u dana b'sehh mid-data tas-sentenza appellata.

Huwa possibbli li jkun hemm att li jivvjola l-Kap. 319 u mhux il-Kostituzzjoni/ B'daqshekk biss ma jfissirx li tali mhux sindakabbli mill-Qorti Kostituzzjonali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni