Reference: 2227/1998/1

Judgement Details


Date
28/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
CACHIA DEIDRE ET vs GABA DIAMONDS COMPANY LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT, PREZUNZJONIJIET DWAR L-AWTORITA` TAL-MANDATARJU - MANDAT, PROTEZZJONI TAT-TERZ LI JAGIXXI IN BUONA FEDE - SOCJETA` KUMMERCJALI, META D-DIRETTURI JAGIXXU IN ECCESS TAL-POTERI TAGHHOM - SOCJETA` KUMMERCJALI, PREZUNZJONIJIET DWAR IR-RAPPREZENTANZA TA` - SOCJETA` KUMMERCJALI, PROTEZZJONI TAT-TERZ LI JAGIXXI IN BUONA FEDE - SOCJETA` KUMMERCJALI, RAPPREZENTANZA TA` - SOCJETA` KUMMERCJALI, RATIFIKA TA` ATTI ULTRA VIRES
Summary
Huwa minnu, kif gie rilevat mill-ewwel qorti, li l-istatut tas-socjeta` konvenuta huwa pubbliku u facilment accessibbli. Ghalhekk kull minn jikkuntratta ma' socjeta` ghandu d-dmir li jara qabel xejn jekk dik is-socjeta` ghandhiex id-dritt li tidhol ghall-obbligi naxxenti mill-iskrittura jew kuntrattli jkun qed jigi negozjat. Bhala regola, ghalhekk, it-terz li jkun ikkuntratta ma' socjeta` ma jistax fi stadju sussegwenti jressaq bhala skuzanti l-injoranza tieghu tal-provvedimenti tal-istatut tas-socjeta` kemm-il darba jirrizulta li dik is-socjeta` ma kellhiex dritt li tidhol f'tali obbligazzjonijiet.

Izda kuntrarjament ghal dak li tipprovdi l-ligi dwar ir-registrazzjoni u pubblikazzjoni ta' l-istatut ta' socjeta` (Art. 16 tal-Ordinanza - gia Kap 168 tal-Ligijiet ta' Malta), liema registrazzjoni u pubblikazzjoni jirrendu l-att kostituttiv tas-socjeta` facilment accessibbli ghall-pubbliku, kull resoluzzjoni mehuda mid-diretturi tas-socjeta` fejn direttur jew sahansitra terz li majkunx qed jokkupa tali kariga, jigi awtorizzat jirrapresenta lis-socjeta` fuq atti pubblici jew skritturi li jorbtu lill-istess socjeta`, ma tinghatax il-pubblicita` rikjesta billi mhux mehtieg li tali resoluzzjoni tigi presentata lir-Registratur tal-Kumpaniji. Minn dan isegwi li t-terz ma ghandu ebda possibilita` li jivverifika jekk il-persuna ma min jkun qed jikkuntratta hijiex debitament awtorizzata li torbot il-kumpanija.

Huwa minnu li meta r-rappresentanza fattwali tikkuntrasta mal-provvedimenti tal-istatut tas-socjeta` jew mal-ligi, huwa fid-dmir tat-terz interessat li jitlob konferma tal-mandat tal-parti li tkun qed tirrapresenta s-socjeta`. Biss, meta c-cirkostanzi jkunu talili jinducu f'dak li jkun il-konvinciment morali u legali li s-socjeta` qed takkonsentixxi ghal dakli qed isir billi, bhal fil-kaz in ezami, jkunu presenti d-diretturi kollha jew il-maggioranza taghhom ghall-iffirmar tal-istess skrittura, kwalunkwe nuqqas tekniku tad-diretturi ma ghandux jippregudika t-terz.

Id-dottrina ta' "constructive notice" hija kwalifikata mill-principju li terz lijikkuntratta in buona fede ma' socjeta` kummercjali jkun jista' jwettaq kull kuntratt maghmul minn mandatarju f'isem is-socjeta` kemm-il darba tali mandatarju jkun qed jagixxi entro l-parametri ta' l-awtorita` tieghu, indipendentement minn kull irregolarita` esterjuri jew interjuri fil-mekkanizmu tas-socjeta`. Ghalhekk mandatarju jista' jorbot lill-mandant tieghu jekk ikun agixxa entro l-parametrita' l-awtorita` tieghu kemm implicita kif ukoll esplicita.

In tema tar-ratifika tacita tajjeb li jigi rilevat illi anke fil-kaz tal-kunsens tacitu il-gurisprudenza irragunat li kien hemm bzonnessenzjalment ta' zewg rekwiziti cioe` li dak li jikkonsenti jkun pjenament konsapevoli tal-vera portata u l-effetti tal-att li jinghad li wiehed tacitament jikkonsenti jew jaccetta, u di piu` illi l-komportament tieghu jkun tali li jkun inkonciljabbli mal-volonta` tieghu li jzomm fermi d-drittijiet tieghu, b'mod li l-kondotta tieghu ma tistax tigi spjegata b'mod iehor hlief li huwa jkun accettal-operat li ghalih ikun qed jigi allegat li akkonsenta.

Issa applikati dawn il-principji ghall-kaz odjern jidher li s-socjeta` konvenuta, tramite d-diretturi taghha, kienet pjenament konsapevoli tal-vera portata u l-effetti tal-att inkwantu l-istess diretturi li kienu fdati bit-tmexxija u l-amministrazzjoni tas-socjeta` kienu prezenti sew waqt it-trattativi kif ukoll waqt l-iffirmar tal-iskrittura ta' lokazzjoni. Inoltre l-agir ta' l-istess socjeta` bil-hlas tal-kera minn fuq il-kont bankarju taghha, l-applikazzjoni mal-Awtorita` ghall-permessi rikjesti biex jigi gestit negozju mill-fond in kwistjoni, it-tehid tal-pussess tac-cwievet u d-depozitu taghhom fir-registru tal-Qorti wara l-allegata terminazzjoni tal-lokazzjoni, ma jhalli ebda dubbju f'din il-Qorti li l-istess socjeta` makienitx qed izzomm fermi d-drittijiet taghha dwar il-validita` o meno tal-istess skrittura. Jirrizulta ghalhekk li s-socjeta` konvenuta appellata effettivament irratifikat l-iskrittura ta' lokazzjonib'mod li hassitha marbuta bl-obbligi minnha naxxenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info